16.6.15

WIED IL-GĦAJN – GĦASSA TAL-PULIZIJA – PERMESSI






16791. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15655, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Għassa tal-Pulizija f’Wied il-Għajn issa li għadda l-20 ta’ Mejju 2015?

09/06/2015

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li saret talba biex  il-mobile police station ta' Wied il-Għajn titħalla fejn ġiet imqegħda ftit taż-żmien ilu, sakemm jinstab bini ieħor li jista jservi ta’ għassa.  It-talba biex isir dan is-sanzjonar saret mal- Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, min Awtorita kompetenti u kif titlob il-liġi, kif ukoll fi żmien adekwat.  Għaldaqstant, sakemm din it-talba tiġi deċiża, ma hux il-każ li din il-mobile Police Station titneħħa minn fejn hi.

Kif diġa thennejt fi tweġiba oħra fuq dan is-suġġet il-ħtieġa ta’ Għassa ġdida ġewwa Marsascala ilu snin twal jinħass u dan għal diversi raġunijet. Il-prokrastinazzjoni fi żmien il-Gvern Nazzjonalista waslitna għas-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum. Din l-amministrazzjoni qed tagħmel ħilitha sabiex filwaqt li tibqa` tagħti s-servizz meħtieġ, fl-istess waqt insibu post adegwat sabiex ikun hemm Għassa li taqdi l-bżonnijiet tal-lum.

Seduta  277
16/06/2015

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...