22.6.15

MEPA – APPLIKAZZJONI PENDENTI GĦAS-SIT FEJN KIEN HEMM IL-JERMA PALACE HOTEL.





16793. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kemm-il darba hemmx applikazzjoni pendenti mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex dik li kienet qabel il-Jerma Palace Hotel f’Wied il-Għajn tinbena mill-ġdid, u jekk iva xi żvilupp qed jiġi propost?

09/06/2015

  ONOR. JOSEPH MUSCAT:  Fuq is-sit li qabel kien hemm il-Jerma Palace Hotel f’ Wied il-Ghajn, l- Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għanda applikazzjoni pendenti li ġġib in-numru PA 3836/08. Din l-applikazzjoni hija outline,  fejn qed jintalab permess fil-prinċipju għal bini ta’ lukanda ta’ ħames stillel flimkien ma’ numru ta’ appartamenti. Din l-applikazzjoni ilha pendenti sa mill-2008.

Seduta  278
17/06/2015

No comments:

THE WAR OF THE ROSES

1. Bħalissa ninsab qiegħed naqra l-ktieb mill-iktar interessanti tal-mibki Professur Ingliż John Gillingham (1940), magħruf fil-linja ...