23.6.15

IMPJIEGI PART-TIME.





16817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta’ Marzu 2015? Jista’ jindika kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time bħala xogħol primarju? Kemm minnhom kellhom part-time u full-time job? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?

09/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar in-numru ta' ħaddiema rġiel u nisa li jaħdmu fuq bażi part-time fl-aħħar ta' Diċembru 2014, li huma l-aħħar figuri ppubblikati, hu kif se nsemmi:



Għandhom xogħol part-time bħala xogħol primarju
Għandhom kemm xogħol part -time kif ukoll xogħol full-time
Total ta' ħaddiema li għandhom xogħol part-time
Rġiel
13,946
15,689
29,635
Nisa
20,111
7,691
27,802
Total
34,057
23,380
57,437


Seduta  279
22/06/2015

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...