4.6.15

Demokristjani Mill-Gdid u Ghall-Gid.




1. Ghaddew biss ftit gimghat mill-hatra ta Sergio Mattarella bhala President tar-Republika tal-pajjiz gar taghna l-Italja. Hatra li ghalina ukoll taghmel differenza f’poplu li ghandu influenza fuqna nghidu x’nghidu u naghmlu x’naghmlu. Ghalhekk hassejt li huwa mument meta nistgha nikteb fuq l-importanza ta’ dan ghalina. L-istorja demokratika u indipendenti ta’ pajjizna hija mimlija bir-relazzjonijiet t-tajba li jesistu. Diversi presidenti gew f’dawn l-gzejjer , anzi nistghu nghidu li f’dawn l-ahhar snin dahlet tradizzjoni li kull min jigi elett jigi. Kull President tar-Republika taljan u malti tul z-zmien taghhom jigu mistiedna reciprokament. Ghandna x’nitghalmu minn dan l-pajjiz fortunatament gar taghna li huwa mimli b’kultura, gherf, storja, religjon , ikel , u imbid mill-ifjen.

2. Issa Sergio Mattarella jisthoqlu li naghtuh l-merti li nghatawlu. Huwa imwieled vicin taghna fil-belt ta’ Palermo f’Sqallija. Missieru Bernardo Mattarella kien membru prominenti tal-grupp demokratiku nisrani li flimkien ma Alcide De Gasperi ghen biex twaqqaf l-partit Demokristjan taljan. Bernardo kien diga parti mill-moviment demokristajn. Segretarju tal-Partit Popolari ta Luigi Sturzo fl-1924. Sturzo, huwa ukoll sqalli, minn Caltagirone. Sacerdot intelligenti u kuragguz.  L-missier kien anti-faxxist konvint u parti minn dawk li kkumbattew kontra d-dittatura ta’ Benito Mussolini. Okkupa l-kariga ta’ Ministru tal-Istat f’diversi dikasteri minn dak tat-Trasport ghal dak tal-Agrikoltura u s-Sajd u dan mis-16 ta’ Lulju 1953 sal-4 ta’ Dicembru 1963. Ghaxar snin determinanti ghall-pajjiz li kien mfarrak bil-hmerijiet tal-faxxizmu u dawk tat-tieni gwerra dinija. Snin li fihom nbena l-istat socjali, l-ekonomija socjali u d-demokrazzija b’sahhitha li hemm illum.

3. Is-servizz fil-politika ma kienx marbut biss mal-missier imma ghadda ukoll f’idejn t-tfal. Fil-fatt l-President taljan dahal f’din il-hidma mhux mill-bidu imma wara li huh Piersanti Mattarella gie maqtul. Piersanti kien huwa ukoll parti shiha mid-demokrazzija kristjana u b’mod partikolari parti mill-kurrent centru xellugi u socjali. Dik l-parti tal-partit li kienet ispirata u mmexxija minn Giorgio La Pira , Aldo Moro, Amintore Fanfani u Giuseppe Dossetti. Persuni li biddlu l-pajjiz u ghamlu l-gid lill-poplu specjalment lil dawk li kienu l-iktar l-isfel fis-socjeta. Piersanti kien dak li fil-bidu ghazel l-politika huh Sergio le. Sitt snin ikbar minn huh kien involut sew fil-bidliet li ried jassigura fil-partit f’Sqallija. L-impenn tieghu kien dirett  li jeqred r-rabtiet tal-mafia ma numru ta’ persuni fil-politika li lkoll nafu waslet sabiex fis-6 ta Jannar 1980 gie maqtul. Assasinju li laqghat fil-laham il-haj sforzi kbir li s-segreterija politika ta’ Ciriaco De Mita kienet qedha taghmel biex tibdel l-partit u l-pajjiz.

4. Il-President elett dahal fil-hajja pubblika proprju minhabba f’dan. Huwa kien segwa triq kompletament differenti minflok politika kien mehud ghal dik akkademika , kien Professur tal-Proceduri Parlamentari. Biss l-assasinju ta’ huh hadu sabiex jaqbad din l-karriera u fl-1983 sab ruhu elett bhala deputat u ftit wara huwa ukoll ministru tal-istat. Demokratiku nisrani impenjat fuq in-nahha tac-centru xellug tal-partit. Zamm lilu innifsu f’linja cara u onesta. Wahda li waslitu flimkien ma numru ta’ ministri ohra sabiex jirrizenja fl-1990 minhabba l-hekk msejha Legge Mammi. Msejha hekk wara l-ministru tal-Partit Republikan Oscar Mammi li taght effettivament sahha u monopolju fix-xandir lill-Fininvest ta’ Silvio Berlusconi. Wahda li tresqet taht l-iskuza li kienet qedha tobdi direttiva tal-illum Unjoni Ewropeja li ma kienetx.

5. Ghalih dan kien punt ta’ principju . Kif kien ddikjara meta terga u tghid gie impost il-vot ta fiducja fil-Gvern fuq din il-ligi “Riteniamo che porre la fiducia per violare una direttiva Comunitaria sia, in linea di principio inammissibile” . Fil-fatt iktar il-quddiem kienet l-Qorti Kostituzzjonali li ddikjarat li l-ligi flok kienet qedha tiftah ghall-pluralizmu fix-xandir kienet fil-fatt qedha tohloq oligarkija.  R-rizenja tieghu fiha aktar x’tirrifletti fis-sitwazzjoni ta’ dak li gara iktar tard u tal-influenza u hajja politika tieghu u Berlusconi. Pero iktar minn hekk kienet wahda mir-ragunijiet li kisret iktar l-partit demokratiku kristjan. Intilef principju u wiehed li wassal sabiex l-ghaqda interna tmur iktar lura. Xorta wahda mit-tmiem tal-partit u bit-twelid ta’ formazzjonijiet ohra baqa jigi elett. Biss assigura li ma jkunx parti minn xi allejanza ma Berlusconi u l-partiti li dan holoq.

6. Ghandu jkun hemm riflessjoni fuq dan r-rapport u l-eventi tal-bnedmin li forsi awturi ta’ generazzjonijiet ohra kienu jghazlu li jqabblu. Llum iktar minn qabel jrid jsir d-diskors fuq il-vantaggi u l-isvantaggi ta’ partit demokratiku krisjan gdid u b’sahtu fl-Italja. L-istabilita li huwa sarraf. Il-vizjoni u hsieb tieghu illum ma ghadhomx presenti kif kienu fil-passat. T-twaqqif ta’ partit tal-lemin li Berlusconi mar ghalih flok serva f’hekk sar issa komplikazzjoni. L-qasmiet li l-hin kollu qed jikbru juru li forza ta’ stabbilita, korrettezza, onesta u principji bazati fuq l-valuri nsara hemm bzonnha iktar milli semplici partit tal-interessi ghall-poter. F’dan hemm gustizzja li proprju l-persuna li baqa demokristjan, li baqa koerenti mieghu innifsu, issa gie maghzul sabiex jkun l-kap tal-Istat , l-ghola kariga mentri haddiehor anqas qieghed fil-parlament.

7. Proprju ghalhekk d-diskors inawgurali tieghu ta’ Frar 2015 jimmerita attenzjoni u hsieb. Ghax dan l-bniedem jiehu mieghu karriera ghas-servizz tal-poplu u l-istituzzjonijiet demokratici. Hadt pjacir nisimghu u kliemu ghandhom jkunu ukoll fonti ta’ hsieb u direzzjoni anki ghalina li ghadna ghas-servizz ta’ dan il-pajjiz. Ghazilt minnhom tnejn partikolari. L-ewwel wahda “Esistono nel nostro paese energie che attendono soltanto di trovare modo di esprimersi completamente. Non servono generiche esortazioni a guardare al futuro ma piuttosto la tenace mobilitazione di tutte le risorse della societa” . T-tieni “Condizione primaria per riaccostarsi gli italiani alle istituzioni e’ intendere la politica come servizio al bene commune, patrimonio di ognuno e di tutti. La democrazia non e’ una conquista definitive ma va invenerata continuamente , individuando le formule piu’ adequate al mutamento dei tempi.” Kliem verament interessanti ghax jinghad x’jinghad d-demokristjani jibqu politici rilevanti bnedmin kapaci jibdlu s-socjeta li jghixu fiha ghall-ahjar tal-gid komuni.        

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...