16823. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għall-mistoqsija
parlamentari 15516, jista’ l-Ministru jgħid x’ġie diskuss fl-Erasmus +
Programme Committee fis-sessjonijiet kollha tal-2014 li għalihom attendew uffiċjali
tal-Ministeru?
09/06/2015
ONOR. EVARIST
BARTOLO: Ninsab infurmat li fl-2014 kien hemm erba’ laqgħat,
kollha marbuta mal-programm tal-ERASMUS+ il-ġdid (għas-snin 2014-2020).
Fl-ewwel laqgħa ta’ Frar ġew
diskussi:
- Regoli interni tal-proċeduri tal-kumitat tal-Erasmus+
- Programm ta’ xogħol (work programme) annwali
tal-Erasmus + għas-sena 2014
- L-edukazzjoni ogħla: aġġornament ta’ informazzjoni
dwar fondi
- Aġġornament ta’ għotjiet simplifikati
- Sejħiet speċifiċi għall-proposti għas-sena 2014 – Policy Experimentation & Civil Society
Cooperation
- Sitwazzjoni attwali dwar l-Awtoritajiet Nazzjonali
(fil-każ ta’ Malta l-FPD fil-MEAIM) u Aġenziji Nazzjonali (fil-każ ta’Malta
l-EUPA) tal-Erasmus + / assessjar ta’ konformità (ex-ante)
- Kwistjonijiet finanzjarji 2015 – Abbozz ta’ metodu għall-kalkulazzjoni
għal ħlasijiet ta’ tmexxija għall-Aġenziji Nazzjonali għas-sena 2015.
Fit-tieni laqgħa ta’ Mejju ġew
diskussi:
- Reviżjoni tal-programm ta’ xogħol (work programme)
annwali tal-Erasmus+ għas-sena 2014
- Abbozz tal-metodoloġija għal kontribuzzjonijiet
Ewropej għall-infieq tal-Aġenziji Nazzjonali mis-sena 2015
- Il-programm ta’ xogħol (work programme) tal-Erasmus+ għas-sena
2015 (diskussjoni inizjali)
Fit-tielet laqgħa ta’ Lulju ġew
diskussi:
- L-appoġġ għar-riforma tal-politika marbuta
mal-Erasmus+
- Il-programm ta’ xogħol (work programme) tal-Erasmus+ għas-sena
2015 (it-tieni stadju tad-diskussjoni)
- Feedback dwar
is-selezzjonijiet tal-Erasmus+ għas-sena 2014
Fir-raba’ laqgħa ta’ Diċembru
ġew diskussi:
- L-ewwel riżultati fuq tal-Erasmus+ għas-sena 2014
- Il-programm ta’ xogħol tal-Eurydice għas-sena 2015
- Il-ġimgħa Ewropeja tal-iSport għas-sena 2015
- L-implimentazzjoni tal-programm Youth in Action
fis-sena 2013
- L-istrateġija ta’ inklużjoni u diversità fil-qasam
taż-żgħażagħ.
Seduta 280
23/06/2015
No comments:
Post a Comment