16820. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema
laqgħat barra mill-pajjiż u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li se jattendi
fis-sitt xhur li jibdew mal-presidenza l-ġdida tal-Unjoni Ewropea?
09/06/2015
ONOR. EVARIST
BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li se nattendi
l-laqgħa informali għall-Ministri tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali
fil-Lussemburgu fis-16 u s-17 ta’ Lulju.
Laqgħat oħra li se jsiru
fis-sitt xhur li jmiss li jibdew mal-presidenza l-ġdida tal-Unjoni Ewropea
huma:
- Il-laqgħa għall-Ministri tal-Isport li se ssir fis-6 u
s-7 ta’ Lulju u li se jattendi għaliha l-Onor. Chris Agius.
- Il-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Kompetittività
tal-20 u l-21 ta’ Lulju. L-Onor. Chris
Agius se jkun qed jattendi t-tieni ġurnata ċioé fil-21 ta’ Lulju fejn se tiġi
diskussa r-riċerka u l-innovazzjoni.
Għadu ma ġiex deċiż min se
jattendi għal-laqgħat tal-Kunsill għall-Ministri tax-Xogħol u l-Affarijiet
Soċjali tal-5 u s-6 ta’ Ottubru u tas-7 u t-8 ta’ Diċembru. Għadu ma ġiex deċiż
lanqas min se jattendi għal-laqgħa tal-Kunsill għall-Ministri tal-Edukazzjoni,
Żgħażagħ, Kultura u Sport tat-23 u l-24 ta’ Novembru.
Seduta 279
22/06/2015
No comments:
Post a Comment