4.6.15

IL-FGURA – TRIQ HOMPESH – BUS STOPS.





16361. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jara jekk kemm-il darba iż-żewġ bus stops li hemm fl-aħħar ta’ Triq Hompesh il-Fgura lejn Ħaż-Żabbar humiex se jiġu mibdulha?

22/05/2015

  ONOR. JOE MIZZI:  Huwa mifhum illi l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għaż-żewġ bus shelters illi l-bus stops tagħhom iġibu l-isem ta’ ”Hompesh”.  Ninsab infurmat illi l-bus shelter illi hemm fid-direzzjoni lejn il-Fgura ser jiġi mibdul b’wieħed ġdid u għal dan il-għan fil-ġranet li għaddew inħarġet tender sabiex isir ix-xogħol infrastrutturali neċessarju sabiex ikun jista’ jitwaħħal bus shelter ġdid minflok dak illi hemm illum.

Mill-banda l-ohra, il-bus shelter tal-faċċata, direzzjoni lejn il-Belt Valletta, minħabba restrizzjoni fil-wisa’ tal-bankina, m’ hemmx spazju biżżejjed sabiex jitwaħħal bus shelter ġdid u għaldaqstant intalbet kwotazzjoni sabiex il-bus shelter eżistenti jiġi irranġat.

Seduta  270
01/06/2015

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...