22.6.15

INTERNATIONAL LABOUR ORGANISATION - LAQGĦAT.


 
16794. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid x’ġie diskuss mal-International Labour Organisation tul is-sena li għaddiet u għal kemm-il laqgħa u għal liema laqgħat attendiet hija jew uffiċjali fi ħdan il-Ministeru? 

09/06/2015

  ONOR. HELENA DALLI:  Ninforma lill-Onor Interpellant li bejn it-28 ta’ Mejju u t-12 ta’ Ġunju 2014, uffiċjali mid-Dipartiment tar-Relazzjoniijiet Industrijali u tal-Impjieg attendew għall-Konferenza Annwali tal-Organizzazjoni Dinjija tax-Xogħol (International Labour Organisation) li saret f’Ġinevra. It-temi li ġew diskussi kienu dawn:

·               L-iffaċilitar tat-tranżizzjoni mill-ekonomija informali ghal dik formali;
·               L-objettivi strateġiċi tax-xogħol u
·               Ir-Rakkomandazzjoni kif għandu jinqata’ x-xogħol sfurzat (forced labour). Din ir-rakkomandazzjoni ġiet approvata u adottata fl-aħħar tal-Konferenza.

Ufficjali mid-Dipartiment tar-Relazzjoninijiet Industrijali u Impiegi attendew ghal Konferenza Annwali tal-Organizzazjoni Dinjija tax-Xoghol. (International Labour Organisation) li saret f’Ginevra bejn 31 ta’ Mejju u t-13 ta’ Gunju 2015. It-Temi li gew diskussi kienu
·               Tkomplija tad-diskussjoni dwar Rakommandazzjoni kif wiehed jiffacilita it-transisjoni minn l-ekonomija informali ghal dik formali. Din ir-Rakomandazzjoni giet approvata u adottata fl-ahhar tal–konferenza;
·               l-krejazzjoni tax-xoghol dicenti u produttiv f’intraprizi zghar u medji;
·               l-oggettivi strategic tal-protezzjoni socjali (protezzjoni tax-xoghol) taht id-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar Gustizzja Socjali ghal Globalizzazjoni Xierqa.

Jiena f’dawn iż-żewġ okkazjonijiet attendejt għal parti mill-Konferenza fejn għamilt ukoll l-intervent tiegħi dwar is-suġġetti msemmija u l-politika tal-Gvern fl-oqsma kollha diskussi
Bejn 27 u 28 ta’ Frar 2014 attendejt ukoll għall-Konferenza oħra bl-isem ta’ ‘The European Social Model in times of Economic Crises and Austerity Policies – Developemnts, effects and policy issues’. It-temi li ġew diskussi kienu dawn:
·               Tibdiliet reċenti fil-Mudell Soċjali Ewropew u l-effetti tagħhom.
·               Xejriet fid-drittijiet bażiċi tal-ħaddiema u l-kundizzjonijiet tax-xogħol.
·               Tendenzi fil-ħarsien soċjali u s-suq tax-xogħol
·               L-irwol tad-djalogu soċjali fil-bidliet fil-Mudell Soċjali Ewropew.

Seduta  278
17/06/2015

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...