23.6.15

SEGRETARJU PERMANENTI U DIRETTURI ĠENERALI - LAQGĦAT.





16826. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm laqgħat attendew is-Segretarju Permanenti, jew id-Diretturi Ġenerali u diretturi varji fi ħdan il-Ministeru barra minn pajjiżna tul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena u jista’ jindika x’kienet in-natura tagħhom?

09/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena, id-Diretturi Ġenerali u d-Diretturi varji fi ħdan il-Ministeru tiegħi attendew għal 19-il laqgħa barra l-pajjiż. In-natura tal-laqgħat hi kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li fl-istess perjodu s-Segretarju Permanenti ma attendiex laqgħat barra minn pajjiżna.

Seduta  280
23/06/2015

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...