Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
6.5.25
KIF NIFTAKRU - APPREZZAMENT TA' DR FRANCIS ZAMMIT DIMECH
Enerġija
2. Kont insegwih u dan għax il-gazzetta In-Nazzjon Tagħna kienet tasal kuljum id-dar. Naqra u nqis dak li kien involut fih. Biss, iltqajt miegħu direttament ferm wara, meta sibt ruħi fl-Eżekuttiv tal-MŻPN u tal-Partit. Hu kien f’dak li kont inħoss iktar fuq iċ-ċentru-lemin flimkien ma’ oħrajn, fosthom Ray Bondin, Ċensu Galea u Tonio Borg. Jien aktar f’dak likont nara bħala fuq iċ-ċentru-xellug ma’ Carmel Cacopardo, Roderick Pace u Joe Tabone. Kemm għandi raġun illum ma nafx, imma kien il-bidu ta’ proċess u għarbiel ta’ ideat. Ma konniex naqblu fuq ħafna. Imma dan il-punt għeni biex nitbaskat aktar f’dak li sirt u f’dak li naħseb. Biss, niftakar li kien iżomm sod fl-ideat tiegħu. Ma kontx tibdillu fehmtu malajr. Kien hemm kumbattimenti varji fuq kważi kollox. Mill-1982 ’il quddiem għalija kien beda dan l-iskambju li fih immaturajt sew u nittama li b’xi mod għentu wkoll fi triqtu.
Impenn
3. Kont naf li kien impenjat sew, bħal ma kont jien ukoll, l-iktar fl-Elezzjoni Ġenerali tal-1987. Kif nafu, dak iż-żmien ma kien faċli xejn. Ħabbatna l-bibien u ġrejna ma’ kull naħa u oħra ta’ pajjiżna. Hu bħala kandidat u jien wara missieri. Kien, però, mertu kbir tiegħu li ġie elett fl-1987, u dan fid-dell tal-mibki President Emeritu Dr Ċensu Tabone. Ġieb ruħu sewwa mill-ewwel fil-Parlament u beda karriera twila minn hemm. Attent u mpenjat ħafna. Minflok, jien kont inqtajt lura u ppruvajt kemm flaħt ma nidħolx fil-politika parlamentari, minkejja l-ħafna pressjonijiet li kelli. Imma, kif għada pitgħada nittama li nikteb, spiċċajt li fl-1998 ikkontestajt dik l-Elezzjoni Ġenerali u ġejt elett. Hemm sibtni deputat fost numru mħallat ta’ ministri. Dawk li servew fil-ġenerazzjoni ta’ missieri u dawk iżgħar bħal Francis, Tonio, Ċensu u Josef. Sibtni mill-ewwel miegħu fil-proċess sabiex jiġi dibattut u approvat il-kuntratt tal-iżvilupp tal-Kottonera. Dak li kien waqqa’ Gvern preċedenti. Sigħat twal ta’ diskussjoni sija qabel, waqt, u wara dak il-kumitat li fih bdejt nitgħallem. Mhux darba jew tnejn kien isejjaħli tard wara d-disgħa ta’ filgħaxija sabiex ikunu fuq l-istess korda, kif konna. Ħa ħsieb ikun gwida tiegħi. Minn hemm ngħid li bnejna rapport importanti, differenti, fejn hu kien jaf li ma kellniex problemi jew nuqqasijiet fl-opinjoni. Wara dan kollu, finalment għadda u ġie approvat mill-Kamra tad-Deputati.
Metikoluż
4. Sa dak il-mument kien diġà ħafna, imma wara ġie dak tal-bini, tat-twettiq, u fl-istess ħin sabiex il-Kottonera tkompli tingħata iktar attenzjoni. Kellu ġabra ta’ persuni miegħu li ħadmu kemm felħu. Fosthom kien hemm Ray Bondin fil-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni, dejjem b’ideat u b’inizjattivi ġodda. Hemm ġew fis-seħħ diversi proġetti u kelli ħafna sodisfazzjon personali meta huwa kellu wkoll il-ġenerożità li jistedinni sabiex inkun preżenti għal diversi konferenzi stampa li kienu jsiru. Kien fil-fatt fl-istess mument li beda x-xogħol marbut mad-Dock Number One taħt il-Professur Josef Bonnici. Dak il-ħajt li kien hemm min bagħat jgħidli li għalxejn qed naħdem, għax la jien u lanqas uliedi ma kienu ser jarawh jaqa’! Dak niżel kollu u għall-Kottonera kollha bdiet folja differenti.
Paċenzja
5. Tul dan il-proċess kelli żewġ mumenti li ta’ min wieħed isemmi. L-ewwel: waqt li kien għaddej ix-xogħol fuq ix-Xatt ta’ Bormla, Francis kien beda jiġi attakkat fuq parti li kienet twaqqgħet bħallikieku qisu kien qiegħed jitneħħa xi patrimonju nazzjonali u kien hemm min iddubita minnu minħabba f’hekk. Dan ma kienx il-każ, u mingħajr ma għidtlu xejn qabel, ħadt aġġornament u ddefendejtu sew. Xejjint kull kritika li kienet saret tant li wara kollox waqaf f’daqqa. Għadni niftakar lill-Ministru Michael Refalo jidħol fil-Kamra biex jara min kien qiegħed jitkellem, jara lili, jitbissem u joħroġ. It-tieni: kelli sitwazzjoni oħra iktar ikkumplikata. Ħadd minnhom, wara li kont dort il-Każini tal-Partit, kif sibtni fi Triq il-Ħabs l-Antik fil-Birgu, ġiet ġabra ta’ iktar minn ħamsin persuna, xejn ferħana, biex ikellmuni hemm. Min kien qed jibni Sant’Anġlu ddeċieda li jtella’ sular aktar milli konna ftehemna u b’hekk kien ser jagħlaq il-veduta ta’ diversi djar. Minħabba l-konsegwenza politika għal dan lil Francis kont tlabtu biex issir laqgħa mal-iżviluppaturi u li għaliha hu kellu jkun preżenti. Aċċetta, u b’diffikultà kbira, għax din il-laqgħa kienet ikkargata sew, mertu tal-fatt li fehem is-sitwazzjoni dak is-sular mhux biss waqaf milli jitla’ iżda niżel lura għal fejn kellu jkun.
Kellu sigriet
6. F’dan kellu ċavetta importanti. Kien kapaċi jibni pontijiet ma’ oħrajn, u kif għidt, kellu warajh team tajjeb ħafna. Niftakru mdawwar, fost l-oħrajn, minn bnedmin bħall-Perit Albert Caruana, Michael Aquilina, Charles Zammit, Joe Zahra, Philip Borg u Joseph Dalmas. Mhux biss leali lejh, imma kienu mmexxija minn rispett u mħabba. Kapaċi huma wkoll jieħdu deċiżjoni kif kien iridha hu. Jieħdu ħsiebu politikament, imma wkoll fil-persuna tiegħu. Niftakar fl-uffiċċju skomdu fil-kuritur tal-Parlament l-antik daqqa lil Philip Borg, daqqa lil Joseph Dalmas, lejn l-aħħar tal-jum mad-disgħa ta’ filgħaxija jidħlu bi platt ħobż biż-żejt. Dejjem l-istess ammont – xejn iktar u xejn inqas. Kienu jgħiduli li kien jibqa’ hemm sat-tard sew biex ikun ċert li kollox kien f’postu, li kien ċempel lil min kellu jċempel u li wieġeb dak li kellu jwieġeb.
Ħbieb
7. F’dan, bħala deputat sibtni nara kif kien jaħdem ma’ żewġ ministri oħra li magħhom kellu relazzjoni speċjali. Ċensu Galea u Tonio Borg kienu viċin ħafna tiegħu. Niftakarhom jiltaqgħu jieklu għax kellhom appuntament li ma’ kull diskors tal-Budget wara kienu jmorru jiltaqgħu biex jiddiskutu l-impatt tiegħu fuq is-soċjetà. Ma nafx minn fejn kienu jġibu l-enerġija, imma naf li din it-tradizzjoni kienu żammewha fit-tul. Kont konxju però li kellhom ħafna pressjoni fuqhom f’dik il-leġislatura ta’ bejn l-1998 u l-2003 sabiex pajjiżna seta’ jsir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea. Niftakar li Sibt minnhom iddeċidejna li nistednuhom it-tlieta li huma ġewwa d-dar tagħna. Ġew, u fil-bidu baqgħu lura għax kienu ħasbu li kelli xi aġenda jew li kont ser nitlobhom xi ħaġa. Imma kif fehmu li minn dan kollu ma kien hemm xejn, inbidlu. Bdew jiċċajtaw, jirrakkontaw u jidħku, ibda minn Francis jiġbed is-saqajn u kompli b’Tonio. U spiċċaw ma ridux jitilqu, jekk mhux wara li kien qaleb sewwa nofsillejl. Daħlu serji u ħarġu jidħku.
Bqajna ħbieb
8. F’dan nista’ ngħid li bqajna ħbieb, anki jekk mhux daqshekk viċin. Kien persuna li japprezza l-qari u jħobb ħafna l-kultura, speċjalment it-teatru u l-musical shows. Għalkemm qatt ma konna flimkien fil-Kabinett xorta naf li kien ta’ appoġġ għalija, f’diversi modi. Kien fost l-uniċi li wara Mejju 2012 kien insista li niltaqgħu fl-uffiċċju legali li kien bena lura biex nieħdu kafè u nitkellmu fit-tul. Fraħt wara għalih, li kien ġie wara magħżul bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin. Bqajna ħbieb, anke jekk ma qbiltx ma’ dak li l-Partit għażel li jgħaddi minnu, fejn konna fuq naħiet differenti. Biss, kont deċiż li filwaqt li niddikjara ċar il-pożizzjoni tiegħi, ma kont ser nidħol fi ġlied u f’kunflitti li flok ta’ ġid kienu ser iservu ta’ iktar ħsara. Kien jaf, bħal ma naf jien minn dak li għaddejna, jew aħjar, għaddewna minnu fin-nuqqas ta’ għaqal politiku ta’ oħrajn. L-aħħar konverżazzjoni tagħna fit-tul kienet evalwazzjoni oġġettiva ta’ kollox. Tlaqna lil xulxin fuq nota tajba ħafna u hekk bqajna, kull darba li rajtu. Nifirħu b’xulxin u nassigurah minn talbi fil-passjoni li kien għaddej minnha.
Ħalla warajh
9. Għalina ħalla warajh eżempju preċiż ta’ kif wieħed fil-politika għandu jġib ruħu. Kien attent għal bnedmin oħra u kien jipprova jqis u janalizza dak kollu li kien ikun għaddej. Miftuħ għal ideat politiċi differenti. Ippreparat biex iservi tant li ħajtu kienet kontinwament id-dinja pubblika. Insellimlek Francis, u nirringrazzjak tal-ġid kollu li wettaqt għal pajjiżna.
MARSAXLOKK - TRIQ BARTHELEMY - XOGĦLIJIET
27539. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet saru fi Triq Barthelemy, f’Marsaxlokk u x’fadal isir matul din is-sena?
21/04/2025
ONOR. MIRIAM DALLI: Ninsab infurmata li
fit-triq indikata saru xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma
b’konnessjoni mal-infrastruttura tad-drenaġġ u se jerġa’ jingħata l-asfalt
lill-wiċċ tat-triq.
Seduta 336
30/04/2025
MARSAXLOKK - TRIQ BARTHELEMY - XOGĦLIJIET
27538. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq Barthelemy, f’Marsaxlokk u x’fadal isir matul din is-sena?
21/04/2025
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat
mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk li fi Triq Barthelemy, sar xogħol ta’
installazzjoni tad-drenaġġ. Il-fażi li jmiss hija l-kisi mill-ġdid tat-triq.
Seduta 336
30/04/2025
MARSAXLOKK - TRIQ BARTHELEMY - XOGĦLIJIET
27537. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq Barthelemy, f’Marsaxlokk u x’fadal isir matul din is-sena?
21/04/2025
ONOR. CHRIS
BONETT: Ninflorma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure
Malta ma għamlet l-ebda xogħol fit-triq imsemmija.
Seduta 336
30/04/2025
RAĦAL ĠDID - TRIQ IL-KNISJA - XOGĦLIJIET
27536. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet saru fi Triq il-Knisja, f’Raħal Ġdid u x’fadal isir matul din is-sena?
21/04/2025
ONOR. MIRIAM DALLI: Ninsab infurmata li
x-xogħlijiet fit-triq indikata huma kkordinati minn Infrastructure Malta.
Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija
parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Seduta 336
30/04/2025
RAĦAL ĠDID - TRIQ IL-KNISJA - XOGĦLIJIET
27535. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq il-Knisja, f’Raħal Ġdid u x’fadal isir matul din is-sena?
21/04/2025
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fit-triq indikata huma
kkordinati minn Infrastructure Malta. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant biex
jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Seduta 336
30/04/2025
RAĦAL ĠDID - TRIQ IL-KNISJA - XOGĦLIJIET
27534. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq il-Knisja, f’Raħal Ġdid u x’fadal isir matul din is-sena?
21/04/2025
ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet fi Triq il-Knisja, f’Raħal Ġdid ġew maqsuma f’żewġ fażijiet. L-ewwel fażi minn Triq il-Qalb ta’ Ġesu sa Triq is-Sorijiet, filwaqt li t-tieni fażi minn Triq is-Sorijiet sa Triq Sir Temi Zammit.
Ix-xogħlijiet tul it-triq
kollha jikkonsistu minn konnessjonijiet mill-ġdid tal-provvista tal-ilma
tax-xorb, tneħħija tal-asfalt l-antik u kisi tat-triq b'wiċċ t'asfalt ġdid.
Il-konnessjonijiet tal-ilma tax-xorb ser ikun mgħoddi minn ġol-bankini, u għaldaqstant,
dawn ser jiġu mibnijja mill-ġdid.
L-ewwel fażi mistennija tkun
lesta din il-ġimgħa, u tinkludi l-aħħar saff t’asfalt. Wara jibda’ x-xogħol fuq
it-tieni fażi.
Seduta 336
30/04/2025
KWISTJONI TA' DINJITA
1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...
-
9944. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid ke...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...