8.3.16

KOTBA ĠODDA MIXTRIJA GĦAL-LIBRERIJI PUBBLIĊI




23622. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew mixtrija kotba ġodda tul is-sena li għaddiet 2015 għal-libreriji pubbliċi u jista’ jindika dettaljatament b’liema lingwa huma?

26/02/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub, inkluż il-kotba li nxtraw fl-2015 u li ntbagħtu fil-libreriji reġjonali (bi sfond isfar), huwa kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta  365
07/03/2016


MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – WIED IL-GĦAJN



 
23621. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru, b’referenza għad-domandi preċedenti fuq is-suġġett, jindika x’passi ttieħdu tul din il-leġislatura u x’linja politika ser tittieħed sabiex Wied il-Għajn ikun fil-pjan tal-Ministeru għas-sena kurrenti?

26/02/2016

 
ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’referenza għal dak li ġie mwieġeb fil-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 7784 u 9158, datati 7 ta’ Frar 2014 u 25 ta’ April 2014 rispettivament, Wied il-Għajn kien u baqa’ dejjem fil-pjanijiet tal-Gvern u fil-pjanijiet tal-Agenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ghat-Turizmu b’enfasi fuq il-Fondazzjoni għall-Izvilupp taz-Zoni Turistiċi u l-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu.

Bħala parti mix-xogħol sabiex isir titjib fl-ambjent urban ta’ pajjizna, ffukajna sabiex jerga’ jibda l-manutenzjoni fil-lokalita’ u ħdimna sabiex isir titjib estetiku u jizdied it-tindif fiz-zona.  Bdejna wkoll nimmaniġġjaw bajja fil-post imsejjaħ tal-Fajtata.  Għas-sena kurrenti għandna wkoll pjanijiet sabiex nagħmlu proġett ta’ tisbiħ fil-pjazza qrib il-Knisja u tal-madwar sabiex nagħtu spinta oħra f’dak li huwa titjib tal-prodott turistiku lil din iz-zoni illi hija tant frekwentata minn turisti u nies tal-lokal f’pajjizna.

Peress li Wied il-Għajn qiegħed fiz-zona turistika tan-nofsinhar, din il-lokalita’ ser tkun qiegħda tgawdi minn għajnuna jew proġetti li ser ikunu possibli mill-ġbir tal-kontribuzzjoni ambjentali mit-turisti aktar tard din is-sena.

Nfakkar lill-Interpellant fil-miżura li wiegħed u wettaq dan il-Gvern, fejn traħħsu il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma għan-negozji b’25%. Din l-inizjattiva kienet inċentiv b’saħħtu u favur l-operaturi sabiex bl-ammont ta’ flus li jifrankaw jkomplu jinvestu fil-prodott tagħhom.

Seduta  365
07/03/2016

XLENDI – TORRI TA’ DE REDIN




23620. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma saret jew qegħda ssir għall-preservazzjoni u l-użu tat-Torri ta’ De Redin li jinsab ġewwa x-Xlendi?

26/02/2016

  ONOR. ANTON REFALO:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet biex dan it-Torri jiġi restawrat mill-Ministeru għal Għawdex u l-Kunsill Lokali tal-Munxar.

Seduta  365
07/03/2016

XLENDI – TORRI TA’ DE REDIN.





23619. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stat jinsab it-Torri ta’ De Redin ġewwa x-Xlendi u jekk hemm bżonn ta’ tiswijiet jistax jindika x’inhuma?

26/02/2016

  ONOR. OWEN BONNICI:  It-Torri tax- Xlendi ilu f’idejn il-Kunsill Lokali tal- Munxar mis-sena 2009. Il-Kunsill ingħata aċċess għat-Torri mill-Ministeru għall-Artijiet fl-2009, fuq bażi ta’ encroachment.

Skond studju dwar l-istat ta’ konservazzjoni tat-Torri tax-Xlendi li ġie ikkumissjonat mill-Kunsill Lokali tal-Munxar fl-2011, l-aktar xogħol urġenti fuq din il-binja jinkludi:
·               Restawr u konsolidament tal-faċċata tal-punent tat-Torri u tar-rivellino.
·               Tindif minn skart ta’ bini li jinsab mitfuħ fil-viċinanzi tat-Torri.
·               Varji xogħolijiet oħra li jinkludu t-tneħħija ta’ cement antik, tikħil ta’ fili miftuħin, water proofing u tibdil ta’ aperturi.

Il-Kunsill tal- Munxar qed iħejji applikazzjoni mal-MEPA biex ikun jista’ jibda dawn ix-xogħolijiet ta’ restawr.

Seduta  365
07/03/2016

3.3.16

TRIBUNAL INDUSTRIJALI – KAŻIJIET PENDENTI.





23607. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm hemm każijiet pendenti preżentament quddiem t-Tribunal Industrijali? Tista’ tindika kemm-il sena ilu pendenti l-ixjeħ każ?

26/02/2016

  ONOR. HELENA DALLI:  Infurmata li Quddiem it-Tribunal Industrijali presentement hemm 577 każ pendenti. Dawn jinkludu 313 każijiet li daħlu fis-16 ta’ Diċembru 2003 li kienu ġew intavolati mill-ħaddiema tal-eks-Malta Drydocks li qatt ma bdew jinstemghu
L-aktar każ antik mill-banda l-oħra ilu li daħal mill-4 ta’ Lulju 2003.

Seduta  363
01/03/2016

KWISTJONI TA' DINJITA

1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...