23619. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma
lill-Kamra f’liema stat jinsab it-Torri ta’ De Redin ġewwa x-Xlendi u jekk hemm
bżonn ta’ tiswijiet jistax jindika x’inhuma?
26/02/2016
ONOR. OWEN
BONNICI: It-Torri tax- Xlendi ilu f’idejn il-Kunsill Lokali
tal- Munxar mis-sena 2009. Il-Kunsill ingħata aċċess għat-Torri mill-Ministeru
għall-Artijiet fl-2009, fuq bażi ta’ encroachment.
Skond studju dwar l-istat ta’
konservazzjoni tat-Torri tax-Xlendi li ġie ikkumissjonat mill-Kunsill Lokali
tal-Munxar fl-2011, l-aktar xogħol urġenti fuq din il-binja jinkludi:
· Restawr u konsolidament tal-faċċata tal-punent
tat-Torri u tar-rivellino.
· Tindif minn skart ta’ bini li jinsab mitfuħ
fil-viċinanzi tat-Torri.
· Varji xogħolijiet oħra li jinkludu t-tneħħija ta’
cement antik, tikħil ta’ fili miftuħin, water proofing u tibdil ta’ aperturi.
Il-Kunsill tal- Munxar qed
iħejji applikazzjoni mal-MEPA biex ikun jista’ jibda dawn ix-xogħolijiet ta’
restawr.
Seduta 365
07/03/2016
No comments:
Post a Comment