23617. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk
waqt li kien qiegħed isir xi xogħol għat-telgħa magħrufa bħala Ta’ Alla u Ommu
jistax jiġi nstallat dawl pubbliku aħjar milli hemm?
26/02/2016
ONOR. KONRAD
MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li
filwaqt li l-kumpanija Enemalta plc mhijiex responsabbli għall-installazzjoni
ta’ dwal ġodda f’toroq jew postijiet pubbliċi, qed jiġu kkuntattjati
l-entitajiet konċernati biex dan is-suġġeriment jiġi meqjus, u jekk possibbli,
jingħata l-appoġġ meħtieġ biex jitwettaq.
Seduta 364
02/03/2016
No comments:
Post a Comment