23618. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Affarijiet Barranin: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija
parlamentari 7776, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim
li kien ġie ffirmat mal-Istati Uniti tal-Amerika għat-twaqqif tal-Istitut
tal-Ġustizzja f’pajjiżna u jista’ jinforma lill-Kamra x’ħidma qegħda ssir u xi
żviluppi ulterjuri kien hemm?
26/02/2016
ONOR. GEORGE
VELLA: Minħabba s-sensittivita' tal-ftehim, ma nħossx li
għandi npoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda
tal-Kamra. Madanakollu, jekk l-Onor. Kollega jixtieq xi informazzjoni, lest li ngħaddihielu.
L-Istitut beda jopera fl-20
ta' Ġunju 2014. Mit-twaqqif tiegħu aktar
minn 1,000 professjonist (leġislaturi, pulizija, prosekuturi, imħallfin) minn
partijiet differenti tad-dinja attendew
programmi dwar kif għandhom jiġu indirizzati t-terroriżmu u attivitajiet kriminali transnazzjonali fil-qafas tal-istat
tad-dritt. Għalkemm il-mandat tal-Istitut huwa ta' natura globali,
ħafna mill-programmi ġew organizzati għall-pajjiżi
fl-Afrika ta' Fuq, il-Lvant Nofsani, kif ukoll għall-pajjiżi fil-Punent
u fit-Tramuntana tal-Afrika.
Seduta 364
02/03/2016
No comments:
Post a Comment