23624. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru, b’referenza ghad-domandi preċedenti,
jinforma lill-Kamra x’pożizzjoni preżentament qed jieħu l-Ministeru
għat-Turiżmu fil-konfront ta’ x’għandu jsir fil-futur mis-sit fejn kien hemm
topera l-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’Wied
il-Għajn?
26/02/2016
ONOR. EDWARD
ZAMMIT LEWIS: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’referenza
ghat-twegiba ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 15654, datata 15 ta’ April
2015, nerga’ ntenni li l-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw
separatament f’Wied il-Għajn hija propjeta’ privata li taħt Gvern Nazzjonalista
kienet għalqet.
Nirreferi lill-Interpellant
għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33454, datata 23
ta’ April 2012, mill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Zgħar u
Konsumatur ta’ dak iz-zmien fejn ġie mwieġeb illi “s-sit li fuqha kien hemm
mibnija il-Lukanda Jerma f’Marsaskala għalkemm hija proprjetà tal-Gvern, però
hija mogħtija b’ ċens perpetwu lil terzi u għalhekk il-Gvern, li huwa biss
id-direttarju, ma jidħolx fil-mertu ta’ xi zvilupp isir fuq din l-art”.
Seduta 365
07/03/2016
No comments:
Post a Comment