Rapport N-Nazzjon Taghna.
Id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici
L-Oppożizzjoni appellat lill-Gvern ma jkomplix
iwebbes rasu u jisma' lill-Oppożizzjoni, lill-korpi u l-partijiet involuti li
qed jappellaw lill-Gvern għal bidliet radikali u serji fit-twaqqif mill-ġdid
tat-Tribunal Industrijali li bħalissa jinsab wieqaf quddiem sentenza
Kostituzzjonali li stabbilit li
t-Tribunal kif inhu llum ma jistax jibqa' jiffunzjona. L-Oppożizzjoni appellat għal miżuri
permanenti u b'saħħithom, u mhux temporanji.
Id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici, Kelliem
dwar ix-Xogħol, Relazzjonijiet Industrijali u Drittijiet tal-Ħaddiema, saħaq
fil-Parlament fid-dibattitu dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar
l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, li l-Oppożizzjoni trid liġi aħjar milli hi llum għax kif qed tiġi proposta fl-emendi mressqa, mhix aċċettabbli.
Fisser li anke korpi kostitwiti tkellmu kif dan l-Abbozz ta' Liġi kif imressaq mill-Gvern, sar fi spirtu ta' emerġenza, u li kif sar diġà,
xi ħadd jista' jerġa' jattakkah fil-Qorti.
Appella
biex illum, inħallu barra mid-dibattitu dwar ta' min hu t-tort b'rabta mas-sitwazzjoni li jinsab
fiha dan it-Tribunal. Irrimarka li dan hu
Tribunal li twaqqaf fl-1979 minn Karmenu Mifsud Bonnici, u wara li saru diskussjonijiet
fl-2002, taħt
ir-responsabbiltajiet ta' Lawrence Gonzi bħala Ministru f'dak
iż-żmien, u meta kienu saru qabżiet ġodda
fil-liġi. Fakkar
li dakinhar, il-partijiet involuti fit-tmexxija ta'
dan it-Tribunal ma ridux iċaqilqu t-Tribunal minn kif kien stutturat għaliex kien sar l-argument li jekk qed jaħdem, ma jinbidilx.
Saħaq ukoll li x-xenarju
llum inbidel b'sentenza Kostituzzjonali għal kawża li ppreżentat il-General Workers' Union,
u li l-union
rebħet is-sena li għaddiet u li ġie dikjarat li t-Tribunal Industrijali mhux
formulat skont il-Kostituzzjoni.
Quddiem
din is-sitwazzjoni,
Carm Mifsud Bonnici saħaq li hemm bżonn
li niddiskutu
l-Att sħiħ dwar il-Liġi Industrijali, u li l-miżuri jsiru malajr u ma jkunux kontra l-Kostituzzjoni. Ikkritika li l-emendi
mressqa mill-Gvern ma sarux tajjeb għaliex saħaq li hemm bżonn li nidħlu aktar
fil-fond hekk kif l-Oppożizzjoni lesta tikkopera
biex l-emendi
jsiru sew.
Spjega wkoll li
l-partijiet soċjali li l-Oppożizzjoni tkellmet ukoll magħhom,
ukoll ikkonfermaw li
l-liġi kif proposta
minn dan il-Gvern trid tinbidel.
“Din
hi sitwazzjoni li ħadd m'għandu jaħrab minnha jew li jagħmel xi ħaġa ta' malajr u mbagħad naraw 'il quddiem”, saħaq Carm Mifsud Bonnici li
spjega li kif proposta l-liġi mill-Gvern mhix qed
tagħlaq il-partijiet kollha li l-Qorti tal-Appell
stabbiliet. Filwaqt li qal li hu tajjeb li qed
isiru diskussjonijiet mal-partijiet soċjali, irrimarka li d-diskussjonijiet għadhom ma mmatterjalizzawx f'xi ħaġa konkreta.
Fakkar li f'Ottubru li għadda, fid-dibattitu dwar il-Baġit, kien irrimarka li din is-sentenza mill-Imħallef Anna
Felice tista' tkun ikkonfermata
fl-Appell, u li tista' toħloq kriżi. Fakkar li kien ippropona li jibdew it-taħditiet fuq din il-liġi.
Ikkritika lill-Gvern
li ma ħax din l-offerta u
llum għandna stat ta'
nkwiet għaliex it-Tribunal
Industrijali hu wieqaf. Appella li kull ċaqliq li jsir fi ħdan dan it-Tribunal
isir biss b'emendi li jirriflettu dak dikjarat fis-sentenza Kostituzzjonali.
Fil-waqt li
reġa' offra l-id tal-Oppożizzjoni, Carm Mifsud Bonnici
kkritika wkoll l-argument tal-Gvern li qed kontinwament twasal il-messaġġ li l-Oppożizzjoni ma tistax
titkellem dwar dawn l-emendi għax
dawn ma sarux meta l-Oppożizzjoni kienet fil-Gvern.
Spjega li fl-amministrazzjoni
preċedenti ma kienx hemm il-kunsens ta'
kulħadd, filwaqt
li llum dan il-Gvern ukoll qiegħed jistenna l-kunsens kemm ta' min iħaddem kif ukoll tal-unions.
Fakkar li l-Gvern
ilu jaf mid-19 ta' Ġunju tas-sena l-oħra li seta' jiġi fis-sitwazzjoni tal-lum. Iżda llum, il-Gvern
qed jiddefendi s-sitwazzjoni li jinsab fiha u
jwaħħal fl-amministrazzjoni preċedenti f'sitwazzjoni ta' kawża li bdiet fl-2008 u spiċċat is-sena li għaddiet.
Id-Deputat Nazzjonalista saħaq li hu llum, li hemm
din is-sentenza Kostituzzjonali, li
bilfors irid
ikun hemm leġiżlazzjoni emendata u li tkun tajba.
Wara
djalogu mal-partijiet soċjali, l-Oppożizzjoni qed tipproponi li t-Tribunal Industrijali għandu jmur fuq linja li jitmexxa minn
Maġistrat u żewġ persuni li jirrappreżentaw lil min iħaddem u lill-unions.
Quddiem is-sentenza tal-Qorti tal-Appell li attakkat erba' punti prinċipali, Carm Mifsud Bonnici qal
li l-emendi kif saru llum mill-Gvern mhux qed jattakkaw fil-fond il-problema ta' tribunal indipendenti u imparzjali.
Il-ħatra ta'
Maġistrat fuq
dan it-tribunal jagħti fiduċja ta' imparzjalità tal-partijiet li jidhru quddiemu.
Spjega wkoll
li l-Oppożizzjoni qed tressaq il-kunċett ta' Tribunal
Amministrattiv għaliex illum dan diġà għandu track record tajba, b'membru tal-ġudikatura u b'żewġ membri oħra.
Saħaq li dak
li qed jiġi propost mill-Gvern illum mhux sod u hemm bżonn li jsir aktar titjib. Dan quddiem sistema ġudizzjarja li tifhem li t-Tribunal Industrijali mhux qed jffunzjona, kwantità kbira ta' nies mhux qed jingħataw rimedju, u meta l-kwistjonijiet
industrijali huma weqfin. Wissa li kif huma ffurmati l-emendi tal-Gvern, nistgħu nerġgħu nsibu ruħna fl-istess sitwazzjoni li xi ħadd jisfida l-Kostituzzjonali
Appella għal bżonn
ta' struttura aktar qawwija lit-Tribunal
Industrjiali fi żmien meta hemm kwistjonijiet li qed ibaqbqu bħalma huma l-inċertezza
tal-ħaddiema fid-De La Rue, il-ħaddiema tal-Air Malta, u ħafna
oħrajn li qegħdin fil-prekarjat.
Staqsa jekk il-Gvern hux lest li jibdel aktar mill-Abbozz ta' Liġi ppreżentat diġà fil-Parlament għax saħaq li dan hu l-mument
opportun li
jiġi assigurat li ma jkunx hemm dubju fuq
min qed jippresiedi t-Tribunal, bil-Gvern ma jkollu
ebda forma ta' id li jista' jbiddel in-nies fit-Tribunal fuq xi pressjoni li tista' ssirlu.
Jidher
ċar, saħaq
Carm Mifsud Bonnici, li skont l-emendi tal-Gvern, il-liġi tista' terġa' tiġi attakkata
b'kawża kostituzzjonali li terġa' twaqqaf
il-proċess kollu kemm hu. Dan mhu fl-interess
ta' ħadd.
Saħaq li llum
għandna opportunità tad-deheb biex nibdlu l-liġi b'mod radikali u b'mod tajjeb biex inwieġbu għas-sentenza Kostituzzjonal u biex jiġu indirizzati l-garanziji kontra
l-pressjonijiet minn barra, il-kwistjoni ta' żmien u kif jinħatru l-membri
tat-Tribunal.
Appella
biex fi stadju ta' Kumitat dwar dan l-Abbozz ta'
Liġi li qed jippreżenta l-Ministru Owen Bonnici, il-pożizzjoni tal-Gevrn tkun flessibbli biex naslu f'pożizzjoni li biha nassiguraw li ma jkollniex il-biża' li l-liġi
terġa' tiġi attakkata, jew għal darb'oħra mwaqqa' lura.
No comments:
Post a Comment