23621. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru, b’referenza għad-domandi preċedenti
fuq is-suġġett, jindika x’passi ttieħdu tul din il-leġislatura u x’linja
politika ser tittieħed sabiex Wied il-Għajn ikun fil-pjan tal-Ministeru
għas-sena kurrenti?
26/02/2016
ONOR. EDWARD
ZAMMIT LEWIS: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’referenza
għal dak li ġie mwieġeb fil-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 7784 u 9158,
datati 7 ta’ Frar 2014 u 25 ta’ April 2014 rispettivament, Wied il-Għajn kien u
baqa’ dejjem fil-pjanijiet tal-Gvern u fil-pjanijiet tal-Agenziji li jaqgħu
taħt id-dekasteru tal-Ministeru ghat-Turizmu b’enfasi fuq il-Fondazzjoni
għall-Izvilupp taz-Zoni Turistiċi u l-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu.
Bħala parti mix-xogħol sabiex
isir titjib fl-ambjent urban ta’ pajjizna, ffukajna sabiex jerga’ jibda
l-manutenzjoni fil-lokalita’ u ħdimna sabiex isir titjib estetiku u jizdied
it-tindif fiz-zona. Bdejna wkoll
nimmaniġġjaw bajja fil-post imsejjaħ tal-Fajtata. Għas-sena kurrenti għandna wkoll pjanijiet
sabiex nagħmlu proġett ta’ tisbiħ fil-pjazza qrib il-Knisja u tal-madwar sabiex
nagħtu spinta oħra f’dak li huwa titjib tal-prodott turistiku lil din iz-zoni
illi hija tant frekwentata minn turisti u nies tal-lokal f’pajjizna.
Peress li Wied il-Għajn
qiegħed fiz-zona turistika tan-nofsinhar, din il-lokalita’ ser tkun qiegħda
tgawdi minn għajnuna jew proġetti li ser ikunu possibli mill-ġbir
tal-kontribuzzjoni ambjentali mit-turisti aktar tard din is-sena.
Nfakkar lill-Interpellant
fil-miżura li wiegħed u wettaq dan il-Gvern, fejn traħħsu il-kontijiet tad-dawl
u tal-ilma għan-negozji b’25%. Din l-inizjattiva kienet inċentiv b’saħħtu u
favur l-operaturi sabiex bl-ammont ta’ flus li jifrankaw jkomplu jinvestu
fil-prodott tagħhom.
Seduta 365
07/03/2016
No comments:
Post a Comment