20/04/2020
ONOR. BYRON
CAMILLERI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2018
ġew diskussi 123 ka¿ u fihom ingħataw lura 218 ġurnata mir-remission mitlufa.
Seduta 322
28/04/2020
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
20/04/2020
ONOR. BYRON
CAMILLERI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2018
ġew diskussi 123 ka¿ u fihom ingħataw lura 218 ġurnata mir-remission mitlufa.
Seduta 322
28/04/2020
13784. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet f’Ħal Tarxien u kemm kienet l-ispiża?
20/04/2020
ONOR. RODERICK
GALDES: Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 23
benefiċċjarju minn Ħal Tarxien li qegħdin jibbenefikaw mis-sussidju
tal-kera. L-ispiża fuq dawn
il-benefiċċjarji hija ta’ €49,256.56 fis-sena.
Seduta 322
13783. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: In vista
tal-fatt ta’ ħaddiema li joħorġu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early Retirement' skont skedi offruti
minn kumpaniji privati qabel ma jilħqu l-età tal-pensjoni, u peress li ma
jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età
tal-pensjoni fis-sens persuna li tingħata l-early
retirement ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it-tliet
snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor fil-frattemp, jista’ l-Ministru jgħid jekk
jikkonsidrax li ssir xi emenda fil-liġijiet tax-xogħol biex persuni f'din
is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu b'xogħol part-time?
20/04/2020
ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma
lill-Onor. Interpellant li, informazzjoni fir-rigward ta’ drittijiet li għandu
jkollha persuna jekk tistax taħdem jew le qabel l-eta’ tal-irtirar, ma toħroġx
mill-Att dwar is-Sigurtà Soċjali iżda mill-Att dwar Relazzjonijiet Industrijali
u Xogħol. L-Att dwar is-Sigurtá Soċjali jirregola biss iċ-ċrkostanza
msemmija ta’ xi ħadd li jkun talab il-pensjoni tas-sigurtà soċjali fl-età ta’
61 sena jew wara, sakemm jilħaq l-età tal-irtirar.
Seduta 322
13782. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza
għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13375, jista’ l-Ministru jikkonsidra
li jdaħħal il-ftuħ tal-Fortizza ta’ Delimara bħala parti mill-programmi u
proġetti għas-snin li ġejjin, sabiex il-post jinfetaħ għall-pubbliku?
20/04/2020
ONOR. JOSÈ
HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li
l-Fortizza ta’ Delimara qed tinfetaħ biss għall-attivitajiet kulturali li qed
jiżdiedu minn sena għall-sena. Dawn jinkludu Open Days, clean ups, guided tours u attivitajiet tematiċi oħra,
hekk kif stipulat fil-programm ta’ attivitajiet ta’ Heritage Malta.
Dan il-programm ma setax
jitkompla minħabba l-pandemija ta’ COVID-19, iżda żgur illi mhux eskluż li
tiżdied il-frekwenza ta’ attivitajiet f’din il-fortizza ladarba s-sitwazzjoni
terġa tiġi lura għan-normal.
Seduta 322
13781. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’
l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13379 u ċjoè: B’referenza
għall-mistoqsija parlamentari 13169 jista' l-Ministru jgħid kemm mill-ammont
indikat huma wlied li twieldu tul is-sena 2019 u kemm kienu mwielda qabel imma
kkwalifikaw issa għall-benefiċċju taċ-Children’s
Allowance?
20/04/2020
ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li, t-tweġiba ser tkun qiegħda tingħata f’seduta oħra.
Seduta 322
28/04/2020
13780. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’
l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13380 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija
parlamentari 13105 jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm persuni
fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni?
20/04/2020
ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninforma lill-Onorevoli
Interpellant li fiċ-ċentri ta’ detenzjoni hemm 1,978 persuna. Minn dan l-ammont
hemm 23 persuna li jinsabu fil-proċess sabiex jiġu ddeportati mill-pajjiż.
Il-kumplament huma immigranti rregolari li waslu f’pajjiżna bil-baħar.
Seduta 322
28/04/2020
1. Pajjiżna
għadda minn ħafna. Ser jibqa’ għaddej
ukoll minn sfidi varji. Il-bniedem fuq
dawn il-gżejjer ikkumbatta, u ser jibqa’.
Daqqa jkun għaddej minn mumenti inqas kumplikati, u daqqa jinħakem
minnhom. Il-problema, ħafna drabi, illum
hija marbuta mhux man-natura tad-diffikultajiet, imma minn nuqqas ta’ għarfien
tal-passat tagħna. Dawk li jinsabu
midfuna. Dawk li l-għadam tagħhom għadna
nsibu għaddew u ġarrbu bħalna. Ma hemmx
xi linja differenti fil-mod li l-bniedem jirreaġixxi. Biss, dawk li ngħixu llum għandna l-vantaġġ
li għandna għad-dispożizzjoni tagħna kwantità ta’ informazzjoni u
riflessjonijiet li nistgħu naqraw u nieħdu direzzjoni minnhom.
F’Ħal Tarxien
2. Il-lezzjoni
kienet iktar ċara din il-ġimgħa. L-aħbar
li xxandret fuq numru ta’ mezzi tax-xandir li kien instab qabar Puniku wasslet
iktar dan. Fis-silenzju tas-sekli, min
indifen baqa’ rispettat. Il-post ġie
rrappurtat li ma kienx minsus. Ħadd ma
pprova jqajjem, f’dawn is-snin twal, dak li baqa’ preservat biex jagħti
lezzjoni. Preservat biex ikun ċar li
dawk li għexu hawn irrispettaw id-dinjità umana. Dawk li kienu qed jaħdmu l-art kienu deċiżi
li anke fil-mewt, il-bniedem ma jitlifx minn dak li għandu għażiż. L-oġġetti li nstabu għadda fuqhom iż-żmien,
imma fihom għad hemm il-messaġġ tas-sewwa.
Messaġġ ta’ direzzjoni ċara.
Il-pajjiż wieqaf?
3. Għal uħud,
il-pajjiż jinsab wieqaf. Fir-realtà
mhuwiex. Għadu għaddej, mhux fl-attività
fiżika, imma fil-ħsieb u fir-riflessjoni.
Naħseb li ħafna forsi sarrfu iktar l-għarfien tagħhom ta’ dak li huwa
importanti fil-ħajja, u ngħatajna l-possibilità li naħsbu kif nibdlu dak li
għandu jinbidel, jew li dejjem xtaqna li nibdlu imma ma rnexxilniex. L-isfidi, hawn, huma fuq livelli varji. Huma hekk għax il-pajjiż huwa magħmul
mill-bnedmin. Imma kemm, ftit xhur ilu,
konna nħarsuh? Kemm konna nibnu sistemi
ekonomiċi u soċjali tagħna fuq il-ħajja u fuq il-bżonn tar-rispett tagħna,
naħseb li lkoll niddubitaw.
Direzzjoni ċara
4. Biss, f’dan
hawn issa l-pass iktar impenjattiv.
Il-pajjiż għandu għad-dispożizzjoni tiegħu mudell differenti, iktar
rilevanti għalih milli kellu? Ħafna qed
jifhmu li l-bidliet politiċi li rajna tul dan il-bidu tas-sena kienu parti minn
dak li diġà kien hemm. Il-“garanzija”
interna fil-Partit Laburista fil-Gvern kienet bażata direttament, u
indirettament, fuq il-pjan “roadmap”, li kollox jibqa’ kif kien. L-għażla saret f’dak l-isfond u b’dawk
ir-raġunijiet umani. Imma llum,
il-pożizzjoni qegħda titlob bidla.
Bidla, li aktar ma jgħaddu l-ġranet, iktar ser tkun waħda neċessarja.
Road blocked
5. F’dawn
il-ġranet, hemm proprju dan l-iżvilupp.
Il-Gvern irid li kollox jiġi lura għan-“normal”, għal dak li kien hemm
qabel Novembru 2019, malajr. Irid dan,
proprju għax qiegħed jipprova jaħrab minn dak li jidher dejjem iktar, u iktar,
li huwa inevitabbli. Ħafna fil-poplu
qegħdin jippruvaw jidħlu lura għall-ħidma tas-soltu. Imma qegħdin, fit-twettiq ta’ dan, jagħrfu
l-kumplikazzjonijiet li fih fir-realtà tas-saħħa li għandna. Realtà li wieħed ma jistax jaħrab. Jista’ biss jipprova jifhem, jirreżisti, imma
jaf li ma jistax jirbaħ bil-kliem jew volontà.
Jista’ jipprova, imma jagħraf li mhuwiex ser jagħmel wisq sens, soċjalment
u ekonomikament. Il-mekkaniżmi
kummerċjali preċedenti, f’dan il-mument, ma jistgħux jitħaddmu.
Xejn ġdid
6. Il-bnedmin,
f’ġenerazzjonijiet varji, sabu ruħhom jiffaċċjaw il-pandemiji. Uħud inkitbu stejjer dwarhom, u ġew
dokumentati sew; oħrajn għaddew biex iffurmaw u bidlu l-ħajja tal-bniedem. Min huwa midfun f’dak il-qabar Puniku f’Ħal
Tarxien ċert illi, kieku jista’, jirrakkuntalna dak li dik is-soċjetà għaddiet
minnu. Il-passi fid-direzzjonijiet li
jittieħdu f’soċjetà, f’ċiviltà, jiddependu proprju minn dan. Ċiviltà tista’ tinegħleb kompletament u
tispiċċa, kif nafu li seħħ. Tista’ wkoll
tagħraf li għandha tħalli l-affarijiet jieħdu t-triq tagħhom, u ma tkunx nieqsa
mill-għerf u l-għaqal. Tħares il-proċess
naturali li qed nerġgħu ngħaddu minnu.
Għax in-natura tibqa’ li hija, u trid tiġi rispettata.
Fil-ħin tagħhom
7. F’dawn
il-jiem, ġiet quddiemi sentenza inizjali f’dak li huwa msejjaħ bħala Il
Manifesto di Ventotene, li tgħid hekk: “L’uomo non deve essere un mero
strumento altrui, ma un autonomo centro di vita.” Meta l-politika ta’ pajjiż taħrab minn dan,
anzi, meta ma tirrispettax dan, il-konsegwenzi nagħrfu x’inhuma. Il-bniedem, illum, irid direzzjoni politika,
imma mhux fil-linja ta’ dak li kellu, imma f’dak li ser isib quddiemu. Ix-xenarju ser ikun mibdul. Jista’ jwebbes rasu u jinsisti li kollox
baqa’ l-istess. Jista’, minflok, jifhem
l-opportunitajiet u ċirkostani ġodda biex jieħu lezzjoni.
Quddiem il-ħajja
8. Proprju
għalhekk li għandna nifhmu iktar dak li sawwarna bħala poplu. Nifhmu iktar li għexna bl-intelliġenza u
l-għaqal. Nifhmu li d-deċiżjonijiet
mgħaġġla ma jsolvux, imma jikkumplikaw.
Nifhmu li fis-sekli li l-bniedem ilu jgħix, u jindifen, hemm
lezzjonijiet li jridu jiġu rispettati.
Nifhmu, fuq kollox, li aħna għandna nibqgħu, u nkunu, dak li aħna.
1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...