6.7.19

DIPARTIMENT TAL-ARTIJIET - SKEMA TA' FIDI U XIRI TA' ĊNUS





10444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-inizjattivi li se jittieħdu tul din is-sena mid-Dipartiment tal-Artijiet senjatament għal skemi marbuta mal-fidi jew xiri ta’ ċens?

10/06/2019

  ONOR. IAN BORG:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat f’mistoqsija parlamentari 10226 f’Seduta 228.

Seduta  243
01/07/2019

IL-BELT - ALLIED HOUSE - XOGĦLIJIET.




10443. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol laħaq sar mill-Ministeru fit-tielet sular f’Allied House l-Belt, tul dawn l-ewwel erba' xhur ta' din s-sena?

10/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, sar il-proċess tax-xiri tal-għamara li aktar tard twasslet fuq il-post sabiex tiġi mgħaqqda.  Sar ukoll l-ippjanar u t-tneħħija ta’ madum tal-ħajt qadim, tikħil u żebgħa sabiex isiru kċina żghira u toilet ġdid fit-tielet sular ta’ Allied House. Hekk kif tlesta dan ix-xogħol l-uffiċini ġew okkupati fit 22ta’ Mejju 2019.

Seduta  243
01/07/2019

IL-BELT - TRIQ ZAKKARIJA - XOGĦLIJIET




10442. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol laħaq sar tul dawn l-ewwel erba' xhur ta' din s-sena fi Triq Żakkarija l-Belt?
10/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, tlestew xi xogħlijiet li saru bħala varjazzjoni tat Tender prinċipali kif ukoll xogħlijiet anċillari relatat mat-traslokazzjoni tal-uffiċini mill-binjiet l-oħra fi ħdan il-Ministeru għall-binja fi Triq Zakkarija. Dan kien jinkludi l-istallazzjoni ta’ switches tal-IT; il-provvista tas-servizz tal internet u testijiet mit-tekniċi rispettivi; ġew ordnati is-settijiet tat-telephone kif ukoll il PABX; il-Ministeru kkonkluda it-Tender tal-Mobile Shelving Units u ġew ordnati; għamara ġdida twasslet fuq il-post u ġiet magħquda fuq il-post; ilqugħ tal-ħġieġ fuq it-terrazzin tal-bejt; saret ukoll il-provvista u it-twaħħil tal-kċejjen u xogħlijiet relatati ma’ sigurta’.


Matul dan il-perjodu, l-uffiċini li kienu pjanati li jiċċaqalqu lestew huma wkoll il-pjanijiet tagħhom sabiex iċ-ċaqliqa tkun waħda lixxa.

Seduta  243
01/07/2019


IL-BELT - PALAZZO PARISIO - XOGĦLIJIET FIL-BASEMENT.




10441. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol laħaq sar tul dawn l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena fl-hekk imsejjaħ basement ġewwa Palazzo Parisio l-Belt?

10/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ kien għaddej minn fażi ta’ diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Finanzi u esperti tekniċi sabiex tibda t-tieni fażi ta’ dan il-proġett hekk kif ix-xogħlijiet preliminari ġew mitmuma is-sena l-oħra.

Seduta  243
01/07/2019





IL-BELT - PALAZZO PARISIO - XOGĦLIJIET FIT-TIELET SULAR.




10440. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol laħaq sar tul dawn l-ewwel erba' xhur ta’ din is-sena fl-hekk imsejjaħ tielet sular ġewwa Palazzo Parisio l-Belt?

10/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġħall-aħħar tas-sena 2018, saru taħdidiet mal-mangement u impjegati tal-Ministeru fejn ġew elenkati il-faċilitiajiet u l-bżonnijiet neċessarji biex jiġi mħejji brief għad-design meħtieġ.

Fi Frar ta’  din is-sena ngħata bidu għal sejħa ta’ offerti biex isiru studji tekniċi fuq l-istabbiltà strutturali tas-soqfa eżistenti fuq din il-binja. Dan il-proċess ġie sorveljat mil-esperti tekniċi ingaġġati mil-Ministeru. Ta’ min jgħid li dawn it-testijiet ġew ikkordinati wara l-ħin normali tax-xogħol jew fi ġranet maqbulin mal-uffiċjali għolja tal-Ministeru biex ma jtellfux mil-ħidma u l-operat tal-Ministeru.

Għaddejjin taħdidiet mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali sabiex jiġi mħejji disinn addattat li hu funzjonabbli għall-ħtiġijiet tal-Ministeru preżenti. Qegħdin fil-fażi biex jiġu sottomessi il-permessi meħtieġa għall-iżvilupp lill-Awtorità tal-Ippjanar.

Seduta  243
01/07/2019

IL-FGURA - TRIQ ID-DEJMA - XOGĦLIJIET




10439. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6865, jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni neċessarja tar-roundabout li saret fi Triq id-Dejma, il-Fgura?

10/06/2019

 ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-disinni proposti ħadu aktar fit-tul peress li ma setax isir ntervent bis-soft landscaping minħabba li ma kienx hemm fond biżejjed għall-ħamrija. Id-disinni ġodda ġew approvati u x-xogħol beda u mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.

Seduta  243
01/07/2019

ĦAL TARXIEN – TRIQ IŻ-ŻEJTUN - TLESTIJA




10332. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun lesta u kemm se tiġi tiswa Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien?

30/05/2019

  ONOR. IAN BORG:  Ninnota b’sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar.

Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.

F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra.

Triq iż-Żejtun f’Ħal Tarxien kienet inkluża fl-ewwel kuntratt b’valur totali ta’ €53.5 miljun iffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Filwaqt li x-xogħol f’din it-triq għadu għaddej u diġà tlestew is-servizzi li hemm taħt l-art, bħal f’kull każ Infrastructure Malta qed tesiġi li l-kuntrattur iwettaq ix-xogħol mitlub fil-ħin u skont l-istandards stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà. B’hekk jiġi żgurat li x-xogħlijiet fit-toroq residenzjali jsiru fl-inqas żmien possibbli, mingħajr ma jkunu kompromessi l-kwalità u s-sigurtà. Fejn ikun hemm dewmien mhux ġustifikat il-kuntratturi qed jiġu mmultati u meta x-xogħlijiet ma jilħqux il-livelli ta’ kwalità rikjesta, l-aġenzija qed iġġiegħel lill-kuntratturi jerġgħu jagħmlu x-xogħol mill-ġdid bi spejjeż tagħhom.
Fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien hemm ukoll Triq is-Sorijiet fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li se jinbnew mill-ġdid din is-sena, waqt li Triq Santa Marija diġà tlestiet. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn f’Ħal Tarxien - Triq Marjanu Gerada, Triq it-Tempji Neolitiċi u Triq Paola.

Seduta  237
17/06/2019

KWISTJONI TA' DINJITA

1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...