1. F’diversi mumenti tal-ħajja tiltaqa’ ma’ bnedmin ġodda għalik. Uħud minnhom miegħek jew inti magħhom. Oħrajn diġà ġew imsejħa għal dinja aħjar minn tagħna. U magħhom hemm ħafna x’tifhem u titgħallem. Fatti ġodda, impostazzjonijiet differenti fuq suġġetti li taħseb li taf. Sitwazzjonijiet u pożizzjonijiet politiċi u ekonomiċi li tkun qrajt f’kitbet oħrajn u ssibhom meħuda minn angoli differenti. Dawk forsi inqas oġġettivi u ftit aktar suġġettivi. Biċċiet li, fir-realtà, joħorġu ’l barra bħala tastieri sbieħ u informattivi ta’ dak li bnedmin oħra jkunu għaddew minnu. Dak li, direttament jew indirettament, mhux biss affettwa lilhom imma wkoll lil persuni oħra.
Proċess neċessarju
2. Kull min huwa attiv fil-ħajja, f’dan il-proċess għandu x’jiggwadanja biex jifhem aktar. Jifhem aktar mhux biss kif ġiebu ruħhom oħrajn skont dak li kienu qegħdin jaraw, imma anki lilu nnifsu. Jifhem, ħafna drabi, f’dak li jseħħ waqt li wieħed ikun qed jaqra, li mingħajr ma jrid jidħol fiż-żraben tar-rakkonti ta’ oħrajn u jgħarbel lilu nnifsu f’kif kien kieku jġib ruħu. Mill-esperjenza, kull persuna li tagħmel dan tikber mhux biss magħha nnifisha, imma aktar biex tkun strument biex twettaq il-ġid lill-oħrajn. Il-qari fih wisq benefiċċji li s-soċjetà mhux dejjem tapprezza, jew tkun lesta li tkun promotur tiegħu. Biss f’dan ngħid li, ċertament, min irid jikber bħala persuna, jew aktar, dawk li jridu jieħdu l-politika bis-serjetà, għandhom dmir li jaqraw kitbet oħrajn biex jifhmu ferm iktar dak li jidher minn barra u li hu mistur minn ġewwa. Mhux biss, imma jifhmu aktar li hemm passi li jistgħu jittieħdu, u anzi, għandhom jittieħdu sabiex l-affarijiet ikunu ferm aħjar milli huma.
Memorji
3. Missejt aktar ma’ dan fi ktieb voluminuż ħafna imma mimli sens u sustanza, pubblikat fl-1991 bit-titlu sempliċi u dirett Memorie 1943-1970. Fih hemm miġbura numru ta’ memorji ta’ politiku li forsi llum ħafna nsewh, Mariano Rumor (1915-1990). Kien politiku attiv ħafna fi ħdan id-Demokrazija Kristjana. Persuna li beda l-karriera tiegħu jaħdem fi ħdan il-partit u żviluppa, pass pass, ħafna drabi kontra r-rieda espressa tiegħu, ’il fuq. Okkupa karigi importanti, sija bħala Segretarju Ġenerali tal-partit bejn l-1964 u l-1969, kif ukoll bħala ministru, fosthom ukoll tal-Affarijiet Barranin bejn l-1974 u l-1976, u darbtejn fil-kariga ta’ Prim Ministru tal-pajjiż. Imwieled fil-belt sabiħa ta’ Vicenza, baqa’ ħajtu kollha dedikat sabiex iwettaq il-ġid lill-poplu li għażlu u sostnieh fid-diversi inizjattivi, l-iktar dawk soċjali, li huwa qabad. Bniedem attiv intellettwalment, imma aktar minn hekk, kapaċi jifhem il-pożizzjonijiet politiċi u jieħu l-passi neċessarji għalihom.
Ta’ ispirazzjoni
4. Nammetti li tul dawn il-ġimgħat li minn ħin għal ħin kont qiegħed naqrah, sibtu fonti ta’ żewġ punti: ideat u spjegazzjoni dwar x’ġara u wkoll x’jista’ jiġri. Kien parti minn ġenerazzjoni ġdida ta’ Demokratiċi-Kristjani, fis-sens li wara l-Gwerra kien hemm taħlita ta’ deputati bejn dawk li kienu qabel fil-Partit Popolari Taljan immexxi minn Don Luigi Sturzo u Alcide De Gasperi u l-ġodda. Kien, f’dan, dak li ried imexxi dejjem iktar ’il quddiem il-partit, fl-għarfien li jekk dan ma jifhimx ir-realtà ta’ madwaru kien se jispiċċa jieqaf. Kif jgħid tajjeb hu, isib ruħu fil-“pietrificazione”. Proprju għalhekk li għaraf li għandu jingħaqad ma’ oħrajn f’dak li semmew bħala “Iniziative democratica”. Dik li, abbażi tagħha, il-partit mar fl-irkejjen kollha tas-soċjetà u tal-pajjiż biex jifhem ir-realtà li qiegħed jaħdem fiha. Kif jingħad: “... aveva concepito un partito che vive e si espande nella misura in cui è in se stesso organizzato ed efficiente, crea raccordi con la società con la società, ne interpreta le esigenze.” (Kien ħaseb f’partit ħaj li jikber fil-qies, li huwa organizzat u effiċjenti, li joħloq rapport dirett mas-soċjetà u jinterpreta l-bżonnijiet tiegħu.)
Bniedem taċ-Ċentru
5. Waqt li taqra dawn il-ġabriet ta’ memorji tifhem aktar mhux biss il-bniedem fih innifsu, imma dak li kien għaddej fil-partit. Fl-ideat, fl-inizjattivi u fil-kurrenti ta’ ħsieb li permezz tagħhom id-Demokrazija Kristjana baqgħet, u ngħid, sa ħafna punti għadha, rilevanti fis-soċjetà. Kien persuna li moħħu kien ċar ħafna. Dirett lejn il-problemi u fl-għarfien tal-isfidi interni u esterni tas-soċjetà. Kapaċi jifhem sew lill-bnedmin ta’ madwaru imma, minn kitbietu, żamm dejjem onestà kbira fil-mod ta’ kif kien iġib ruħu magħhom u fl-użu tal-informazzjoni li ġiet għad-dispożizzjoni tiegħu. Il-ktieb huwa mimli b’analiżi ta’ sitwazzjonijiet varji, ibda mill-pożizzjoni bejn Alcide De Gasperi u Giuseppe Dossetti, u wara f’dawk li żviluppaw ma’ Amintore Fanfani, Aldo Moro, Giulio Andreotti u Arnaldo Forlani. Jissemmew varjetà ta’ bnedmin u, fil-maġġor parti, l-analiżi tiegħu hija preċiża u diretta. Proprju għalhekk li kien kapaċi jmexxi u jkun interpreti ta’ inizjattivi soċjali u politiċi uniċi.
Bniedem sod
6. Kif jiddeskrivih tajjeb l-istoriku, u aktar tard senatur Gabriele De Rosa (1917-2009), kien: “Uomo di centro, non amava i salti come non amava gli immobilismi, aveva una conoscenza quanto mai profonda della complessità del suo partito, ne conosceva i suoi linguaggi correntizi, come delicate meccanismi gestionali. Al momento opportuno sapeva parlare franco e tagliare corto con le discussioni. Non perdeva mai d’occhio i vari livelli nei quali muoveva questa società in trasformazione, credette fino a che gli fu possibile, alla stessa maniera di Moro, che fosse possibile costruire ancora una valida dialettica attorno al centrismo.” (Kien bniedem taċ-ċentru li ma kienx iħobb il-kutrumbajsi, ma kienx iħobb l-immobiliżmu. Kellu għarfien profond tal-kumplessità tal-partit; kellu għarfien tal-lingwaġġ użat, bħal mekkaniżmi delikati tat-tħaddim tiegħu. Fil-mument opportun kien kapaċi u jaf jitkellem b’mod miftuħ u jaqta’ d-diskussjoni. Ma kienx jitlef minn taħt għajnejh dak li kien għaddej fis-soċjetà li kienet qed tinbidel, emmen kemm seta’, bħal Moro, li hemm djalettika fiċ-ċentru.)
Joħroġ ċar
7. Fil-qari voluminuż ta’ dawn il-memorji, joħorġu b’mod ċar ħafna dawn il-kwalitajiet. Jitkellem b’mod miftuħ u jispjega xenarji li qabel ma kontx sibt. Huwa, fil-fatt, minjiera ta’ informazzjoni, ibda minn dak ta’ ġewwa l-partit, kif ukoll f’dak li wassal għall-elezzjoni tal-Presidenti tar-Repubblika Taljani Giovanni Gronchi (1887-1978), Antonio Segni (1891-1972) u Giuseppe Saragat (1898-1988). Bniedem kapaċi jifhem u jaġixxi biex juri biċ-ċar li l-Istat, il-partit qegħdin id f’id maċ-ċittadin. Ma kienx faċli għalih, iktar u iktar fil-kumplikazzjonijiet li sab ruħu nvolut fihom, imma iktar fil-kompożizzjoni ta’ koalizzjoni ċentru-xellug mas-Soċjalisti maqsuma. Għadda minn ħafna, imma rriforma b’saħħa l-istat soċjali, is-sistema edukattiva, kif ukoll assigura, permezz ta’ Carlo Donat-Cattin (1919-1991), l-istatut tal-ħaddiem. Kellu wkoll min kien grat lejh, u min inqas.
Gratitudni
8. Kif kien qal lejn l-aħħar ta’ ħajtu, li bil-permess tagħkom ser inħalliha kif inhi: “Nella cattiva sorte si fanno i bilanci, tristi ma i più veri. Si contano gli amici veri ed i nemici camuffati, i generosi e gli egoisti, gli idealisti e i cinici, i coraggiosi e gli opportunisti. Son non molti i primi, una moltitudine gli altri. E allo stringere del ragionamento, si conclude che dalla scelta politica si può attendere molto; soddisfazioni e delusioni. Non la gratitudine, che non ti viene da quelle cose fai, ma dall’animo di chi riceve.” Il-ktieb huwa mill-iktar informattiv, u min għandu l-paċenzja, bħali, li jaqrah nassigurah li ma jiddispjaċihx. Minnu toħroġ ċara l-istorja ta’ bniedem li ħadem u ddedika ħajtu għall-oħrajn. Bniedem fis-sagrifiċċju sħiħ tiegħu nnifsu, li għamel ġid kbir lil pajjiżu u lill-Partit Demokratiku Kristjan.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Showing posts with label Mariano Rumor. Show all posts

6.9.23
STORJA TA' BNIEDEM
26.7.23
BNIEDEM EŻEMPLARI
1. Ftit jiem ilu fakkarna u ċċelebrajna żewġ okkażjonijiet importanti għalina l-Ewropej. Fakkarna aħna wkoll, għax l-eventi tajba li jseħħu fi ħdan l-Unjoni Ewropea huwa wkoll ta’ għajnuna u benefiċċju għalina fuq dawn il-gżejjer. Iktar u iktar meta jkunu fil-pajjiż ġar tagħna l-Italja fejn, ħafna drabi, dak li jkun qiegħed iseħħ hemm jiġi segwit b’attenzjoni partikolari minna. Attenzjoni, l-ewwel, għax ħafna drabi hemm mumenti meta ispirajna ruħna mill-aġir it-tajjeb tagħhom. It-tieni, għax dak li jkun qiegħed jiġri nħossuh ferm iktar viċin tagħna minn oħrajn. Mhux biss għax ħafna għadhom sallum jifhmu l-lingwa Taljana, imma wkoll għax sar iktar faċli taqsam minn pajjiżna għall-pajjiż tagħhom.
Nawgurawlu
2. Proprju f’dan il-Ħadd tat-23 ta’ Lulju li għadu kif għadda, Sergio Mattarella, il-President attwali tar-Repubblika Taljana għalaq tnejn u tmenin (82) sena. Imwieled viċin tagħna f’Palermo fl-1941, jagħraf faċilment l-ideat u d-direzzjonijiet li soċjetà bħal tagħna tieħu. Persuna li serva l-istituzzjonijiet demokratiċi ta’ pajjiżu. Bniedem li ħadem sabiex imexxi ‘l quddiem lil pajjiżu u l-ġid komuni sħiħ tiegħu. Bniedem li kien ilu fid-dell u mhux tant magħruf sakemm ġie maħtur President fl-2015, u rikonfermat fl-2022. Ma kienx dak il-politiku li jrid jidher imma dak li, fis-sustanza, jrid jaħdem sewwa. F’ħidma mill-iktar onesta. F’waħda fejn il-formazzjoni politika Demokratika-Kristjana servietu bħala dawl u boxxla fid-deċiżjonijiet li ma beżax, jew b’xi mod qagħad lura, milli jieħu.
Għall-Ġodda
3. Għal dawk li qegħdin jitħajru, jew huma fl-ewwel passi politiċi tagħhom, huwa l-bniedem li wieħed għandu jimita. Jimitah fl-aġir Nisrani u politiku. Iżommu quddiemu fl-għarfien li, minkejja dak kollu li għadda minnu ma żammx għall-oħrajn, u lanqas ġarr ġo fih l-imrar li l-ħajja pubblika taf hija wkoll tagħti. Ma kienx il-bniedem li ried jidħol fil-politika, imma wara l-qtil ta’ ħuħ Pier Santi Mattarella, li kien il-President tar-Reġjun Sqalli, li seħħ nhar is-6 ta’ Jannar 1990, iddeċieda li jidħol. Fis-27 ta’ Ġunju 1990 rriżenja minn ministru għax ma qabilx ma’ liġi li kienet ser tagħti vantaġġi kbar lill-kumpanniji tal-medja ta’ Silvio Berlusconi. Fl-2012, wara marda serja ħafna, tilef kmieni lil martu Marisa Chiazzese, li oħtha Irma kienet miżżewġa lil ħuħ. Mument partikolari li wasslu biex, ftit snin wara, jgħid hekk: “Sarebbe auspicabile che ogni tanto le persone in buona salute trascorressero qualche giorno in vista negli ospedali, perché il contatto con la sofferenza aiuterebbe chiunque a dare a ogni cosa il giusto posto nella vita.” (Ikun tajjeb jekk minn żmien għal żmien bnedmin f’saħħithom iqattgħu xi ftit ġranet f’viżta fl-isptarijiet, għax dak il-kuntatt mas-sofferenza jgħin lil kull persuna biex ipoġġi kull ħaġa f’ħajtu fil-post ġust tagħha.” Minkejja dan kollu, baqa’ persuna attenta u jħares ’il quddiem biex jagħmel il-ġid u jservi lill-oħrajn, u l-Istat Taljan għażlu biex iġorr karigi determinanti.
Demokratiku-Kristjan
4. Kien parti mill-formazzjoni politika li, jingħad x’jingħad fuqha, tibqa’ dik li l-iktar għamlet ġid lil pajjiżha. Kien, kif jingħad tajjeb, dak li kellu jdejh indaf u qalbu safja, li ma jagħtix ruħu għall-frugħa u anqas m’aġixxa bil-qerq. Bniedem li ngħaqad ma’ ġenerazzjoni ta’ politiċi li servew sewwa f’din it-triq ta’ Nsara mpenjati fil-politika, bħal Aldo Moro, Giorgio La Pira, Mariano Rumor, Benigno Zaccagnini, Arnaldo Forlani, Ciriaco De Mita u ħafna oħrajn. Wieħed li ta sehemu fit-tkattir ta’ ideat u prinċipji etiċi fundamentali li biddlu, u fl-istess ħin qegħdu l-pedamenti tas-soċjetà. Dawk li jħarsu li jkun hemm ordni soċjali li tiggarantixxi l-ġustizzja, il-paċi u l-avvanz soċjo-ekonomiku. Minn barra jista’ jidher kważi fraġli, imma minn ġewwa tenaċi u insistenti. Kapaċi jikteb u jindirizza sitwazzjonijiet ikkumplikati aktar milli jidħol f’polemiċi inutili. Tbaskat bħala Kattoliku impenjat għall-oħrajn, avukat u akkademiku. Tlett elementi essenzjali għal dak li llum huwa neċessarju għalina fil-ħajja u fis-soċjetà tagħna.
Camaldoli
5. F’dan, proprju kien ukoll interessanti d-diskors kommemorattiv tiegħu fit-tmenin (80) sena minn meta f’Lulju 1943 kienu ltaqgħu numru ta’ intellettwali Kattoliċi f’monasteru partikolari ta’ Camaldoli, fit-Toskana, ftit ’il bgħid minn Firenze, fejn waqt li l-gwerra kienet għaddejja, u waqt li l-Faxxiżmu kien qiegħed jispiċċa, dawn inġabru biex jiġi pubblikat ktejjeb bit-titolu Per La Comunità Cristiana. Principi dell’Ordinamento Sociale. Hemm, kif jgħid tant tajjeb hu, tqegħdet id-direzzjoni bażika ta’ dak li wara serva biex tfasslet il-Kostituzzjoni Taljana. Fuq kollox, l-affermazzjoni tad-dinjità umana u li din hija superjuri għall-Istat fis-sehem, ir-rispett u r-responsabbiltà tagħha fis-soċjetà. Fejn kull kunċett dittatorjali jew materjali tal-politika ġew miċħuda. Fejn id-duttrina soċjali aġġornata u avvanzata tal-Knisja Kattolika toħroġ biċ-ċar u fl-abbiltà konkreta li tista’ tiġi mwettqa verament. Anzi, aktar bħala dik li tiggarantixxi l-komunità politika biex joħorġu l-valuri tal-ugwaljanza bejn il-bnedmin u t-tixrid tal-ġustizzja soċjali.
Nifirħulu
6. Kelli x-xorti li narah u nkellmu meta, fit-13 ta’ Settembru 2017, ġie f’pajjiżna. Hemm, waqt laqgħa li kienet saret mal-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Simon Busuttil, kont preżenti fil-preżenza wkoll tal-ħabib Angelino Alfano, li kien Ministru tal-Affarijiet Barranin. Waqt dawk il-ftit minuti għidt li pajjiżu, bħal tagħna, għandu bżonn aktar Demokristjani għax kienu huma li wettqu l-ġid. Aħna u ħerġin dar lejja u qalli “grazzi”. Kien mument partikolari għalija li l-politika attiva tagħtik, u li issa għandi l-mument li nsemmih. Nikteb dan fit-tama li aktar jimxu warajh u ma jsegwux dawk żbaljati. Proprju għalhekk li fil-jiem li niċċelebraw għeluq sninu nħossni liberu li nikteb dwar dan il-bniedem eżemplari.

6.6.23
Mhux kontestat
1. Fl-imrar politiku li din il-ġimgħa spiċċajna bih, il-pajjiż mess punt ieħor ʼl isfel fil-fond li jidher li għad irid jibqa’ nieżel fih. Fejn bih, il-partit ta’ dawk li ma jridux li jkollhom parti minn dak li hu għaddej, żdied. F’xenarju fejn il-klassi politika mhix tifhem, jew ma tridx tifhem, dak li huwa mistenni minnha li tidħol għalih biex tibdel dak li hu għaddej. Wisq każijiet. Wisq kumplikazzjonijiet. Fl-aħħar tal-ġurnata hemm dak il-fatt li mhuwiex kontestat: dak li tul dawn il-leġislaturi mmexxija mill-Partit Laburista saret ħsara lid-demokrazija ta’ pajjiżna. Ħsara lill-immaġini. Ħsara fil-mod ta’ kif wieħed għandu jamministra tajjeb il-ħwejjeġ tal-pajjiż. Aġir li tefa’ dell ikrah fuq l-abbiltà tagħna bħala bnedmin li mmexxu l-affarijiet tagħna b’mod sewwa.
Żmien il-Kolonjaliżmu
2. Għandna għalfejn ngħidu ‘grazzi’ li m’aħniex aktar fi żmien il-kolonjaliżmu. Waqt li mitt sena ilu ħaddieħor ħoloq raġunijiet foloz biex ineħħilna l-Kostituzzjoni tagħna, illum aħna stess, b’idejna, qed naġixxu b’mod żbaljat. Aħna stess qed innaqqsu mill-ġieħ li m’għadux ikollna. Aħna stess għandna tmexxija politika li qed teħodna fi sqaqien li minnhom wieħed irid jagħmel sforzi kbar biex joħroġ, u minflok nippruvaw noħorġu qed inkomplu nippersistu. Aġir li qed jirrendi iktar dwejjaq u mrar f’dak li ma nistennewx. Aġir li qiegħed imiss mal-bażi u l-pedament ta’ dak li huma d-demokrazija u l-verità. Aġir li qiegħed iċekkinna iktar mal-oħrajn. Uħud minna qed iniżżluna, imma f’din il-linja jidher ċar li, bħala poplu, niżlin kollha kemm aħna.
Vakum
3. F’dan għandna iktar l-iżviluppi ta’ vakum politiku, li minnu ser naraw konċentrazzjoni akbar ta’ poter fi ftit idejn, jew f’id waħda. Dan għax tista’ temmen dak li “nkixef” u tista’ tibqa’ indifferenti għalih. Tista’ taħseb li min mhux proprju verġni u martri qiegħed jgħid il-verità. U tista’ wkoll tarah li huwa parti minn dak li hu għaddej fil-ġlied intern iktar iebes u kiefer fi ħdan il-Partit Laburista. L-eliminazzjoni ta’ politiċi fi ħdan partit ma jissudax tmexxija, imma jnaqqas il-bażi elettorali tiegħu. Iġib iktar persuni fi ħdan dak il-partit li jiddistakkaw ruħhom biex jippruvaw jifhmu aħjar. Jippruvaw jaraw li ma jinqabdux fil-messaġġi retoriċi li jingħadulhom, u għalhekk jispiċċaw jemmnu dak li m’għandhomx. Biss, hi x’inhi l-pożizzjoni, il-fatt jibqa’ li dan huwa kollu żbaljat għall-aħħar, sija jekk huwa veru u sija jekk huwa parti minn forma ta’ “komplott” kontra dak u l-ieħor.
Kontijiet
4. Jista’ jkun parti mill-għeluq ta’ kontijiet politiċi. Imma l-fatt jibqa’ li fi ħdan il-pajjiż hemm żewġ realtajiet li żviluppaw. L-ewwel: li l-ħsara, saret kif saret u minn min saret, ċertament ġiet direttament mill-partit fil-Gvern. It-tieni: li din issa saret tebgħa sewda fuqna, li għada pitgħada trid tiġi mneħħija. Ħafna tant xebgħu għax ilhom jisimgħu b’aġir irresponsabbli u kriminali, fejn l-arti tal-korruzzjoni tant żviluppat, li jaħsbu li din timmerita ktieb, studju, jew teżi universitarja. Hemm, f’dan, dawk li qed jaqtgħu qalbhom li hemm xi ħadd fil-Partit Laburista jew fil-klassi politika kollha, li hu kapaċi jwaqqaf u jnaddaf dan kollu. Hemm iktar minn dawk li m’għadhomx, anqas, wisq interessati jsiru jafu ta’ min hu t-tort, għax diġà jafu, imma iktar f’min huwa fil-fatt kapaċi jbiddel.
Iva, ċertament
5. Għaddew wisq snin, u din it-tieni amministrazzjoni Laburista qed turi li m’għandhiex l-abbiltà li taffronta dan kollu. Fuq naħa hemm dawk li jaħsbu, b’konvinzjoni, li tant il-kobba hi mħabbla li ħadd mhu kapaċi jindirizza l-pożizzjoni għax huwa parti minn dak kollu li seħħ. Fuq l-oħra, hemm dawk li qed jaraw li jekk hemm xi ħadd li jrid inaddaf, qiegħed fil-fatt jiġi eliminat. Imneħħi, bit-tattika tradizzjonali li tuża l-gazzetti u nofs veritajiet biex toskura lil dak u lill-ieħor. Ħadd ma jista’ jemmen dak li ġejna fih, u fl-istess ħin, aktar minn dan qed naraw li t-tama għar-riforma qegħda tmut. Anki dawk l-iktar pożittivi, li qamu l-Ħamis filgħodu jitkellmu fuq l-aħbar, xorta wara ftit waqfu jifhmu li qed jitkellmu fuq dak li mhumiex kburin bih. U anki jekk għandna liġi li ilha li daħlet fis-seħħ għaxar snin, li tgħid li l-każijiet ta’ korruzzjoni m’għandhomx żmien ta’ preskrizzjoni, xorta l-bnedmin fuq dawn il-gżejjer huma xettiċi.
Għerf id-dinja
6. Kif qrajt din il-ġimgħa: “Dan hu l-għerf tad-dinja: tara kif taħbi x-xewqat ta’ qalbek, tagħti tifsir ieħor lil kliemek, turi bħala veru dak li mhuwiex, u turi mhux veru dak li hu.” Mentri l-għerf tal-ġust huwa l-kontra: li tgħid il-verità u ma turix ħaġa b’oħra. Għandna għalhekk, f’dan, niltaqgħu u niddiskutu l-istat tal-Istat Malti. Eżerċizzju tajjeb minnu nnifsu, li qiegħed jappella għal dawk li m’għandhomx, f’dan il-mument, wisq fiduċja fid-demokrazija tagħna. Dawk li ma jridux jieħdu sehem nistgħu, f’dan, niġbduhom billi nidħlu fil-punti li ma jindirizzawx dak l-iktar fundamentali. Diġà hemm kurrenti u pożizzjonijiet differenti milli kellna qabel. Ħassieba emerġenti li ma jingħatawx widen, li qed iduru fuqna biex nifhmu kemm għandna x’nagħmlu. Iktar u iktar f’dak li qiegħed jidher li huwa wieqaf, immexxi minn klassi politika li ddikjarat li trid tibdel mentri ħalliet l-affarijiet imorru lura biex baqgħu iktar l-istess.
Kemm qed nifhmu
7. F’dan kollu, il-livell morali u r-rispett li mexxej politiku jġorr, jew le, miegħu. Hemm dak l-element nieqes li fil-fatt, Mariano Rumor kien identifika f’Alcide de Gasperi: “Esercitava sempre il fascino del leader riconosciuto anche dagli oppositori.” F’dan, għalhekk, huwa ikbar għalina dak li għaddej fl-isfidi li jirrappreżentawlna u li nixtiequ verament inbiddlu. Ir-rivoluzzjonijiet mhumiex ser jiġu, jew ifejqu. Imma huwa iktar ċar li l-passi li jridu jsiru biex ikun hemm il-bidla fil-pajjiż għadna ʼl bgħid minnhom. Hemm l-illużjoni kostanti li naħsbu li billi qed nagħmlu xi ħaġa, allura l-pajjiż moħħu fina. Hemm ir-realtà li f’dak li hu għaddej m’aħniex nilħqu l-widnejn u l-attenzjoni. Aktar u aktar fil-fatt li minkejja dawn l-“awto-goals politiċi kontinwi”, xorta ma jirnexxilniex nibdlu. Proprju għalhekk, fl-għarfien ta’ dak li mhuwiex kontestat, li għandna, iktar minn qatt qabel, id-dmir li naħdmu għas-sewwa, fl-għarfien ta’ dak li qiegħed jitlob mingħandna l-polz nazzjonali.

Subscribe to:
Posts (Atom)
ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET
35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...
-
12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...