1. Ftit jiem ilu fakkarna u ċċelebrajna żewġ okkażjonijiet importanti għalina l-Ewropej. Fakkarna aħna wkoll, għax l-eventi tajba li jseħħu fi ħdan l-Unjoni Ewropea huwa wkoll ta’ għajnuna u benefiċċju għalina fuq dawn il-gżejjer. Iktar u iktar meta jkunu fil-pajjiż ġar tagħna l-Italja fejn, ħafna drabi, dak li jkun qiegħed iseħħ hemm jiġi segwit b’attenzjoni partikolari minna. Attenzjoni, l-ewwel, għax ħafna drabi hemm mumenti meta ispirajna ruħna mill-aġir it-tajjeb tagħhom. It-tieni, għax dak li jkun qiegħed jiġri nħossuh ferm iktar viċin tagħna minn oħrajn. Mhux biss għax ħafna għadhom sallum jifhmu l-lingwa Taljana, imma wkoll għax sar iktar faċli taqsam minn pajjiżna għall-pajjiż tagħhom.
Nawgurawlu
2. Proprju f’dan il-Ħadd tat-23 ta’ Lulju li għadu kif għadda, Sergio Mattarella, il-President attwali tar-Repubblika Taljana għalaq tnejn u tmenin (82) sena. Imwieled viċin tagħna f’Palermo fl-1941, jagħraf faċilment l-ideat u d-direzzjonijiet li soċjetà bħal tagħna tieħu. Persuna li serva l-istituzzjonijiet demokratiċi ta’ pajjiżu. Bniedem li ħadem sabiex imexxi ‘l quddiem lil pajjiżu u l-ġid komuni sħiħ tiegħu. Bniedem li kien ilu fid-dell u mhux tant magħruf sakemm ġie maħtur President fl-2015, u rikonfermat fl-2022. Ma kienx dak il-politiku li jrid jidher imma dak li, fis-sustanza, jrid jaħdem sewwa. F’ħidma mill-iktar onesta. F’waħda fejn il-formazzjoni politika Demokratika-Kristjana servietu bħala dawl u boxxla fid-deċiżjonijiet li ma beżax, jew b’xi mod qagħad lura, milli jieħu.
Għall-Ġodda
3. Għal dawk li qegħdin jitħajru, jew huma fl-ewwel passi politiċi tagħhom, huwa l-bniedem li wieħed għandu jimita. Jimitah fl-aġir Nisrani u politiku. Iżommu quddiemu fl-għarfien li, minkejja dak kollu li għadda minnu ma żammx għall-oħrajn, u lanqas ġarr ġo fih l-imrar li l-ħajja pubblika taf hija wkoll tagħti. Ma kienx il-bniedem li ried jidħol fil-politika, imma wara l-qtil ta’ ħuħ Pier Santi Mattarella, li kien il-President tar-Reġjun Sqalli, li seħħ nhar is-6 ta’ Jannar 1990, iddeċieda li jidħol. Fis-27 ta’ Ġunju 1990 rriżenja minn ministru għax ma qabilx ma’ liġi li kienet ser tagħti vantaġġi kbar lill-kumpanniji tal-medja ta’ Silvio Berlusconi. Fl-2012, wara marda serja ħafna, tilef kmieni lil martu Marisa Chiazzese, li oħtha Irma kienet miżżewġa lil ħuħ. Mument partikolari li wasslu biex, ftit snin wara, jgħid hekk: “Sarebbe auspicabile che ogni tanto le persone in buona salute trascorressero qualche giorno in vista negli ospedali, perché il contatto con la sofferenza aiuterebbe chiunque a dare a ogni cosa il giusto posto nella vita.” (Ikun tajjeb jekk minn żmien għal żmien bnedmin f’saħħithom iqattgħu xi ftit ġranet f’viżta fl-isptarijiet, għax dak il-kuntatt mas-sofferenza jgħin lil kull persuna biex ipoġġi kull ħaġa f’ħajtu fil-post ġust tagħha.” Minkejja dan kollu, baqa’ persuna attenta u jħares ’il quddiem biex jagħmel il-ġid u jservi lill-oħrajn, u l-Istat Taljan għażlu biex iġorr karigi determinanti.
Demokratiku-Kristjan
4. Kien parti mill-formazzjoni politika li, jingħad x’jingħad fuqha, tibqa’ dik li l-iktar għamlet ġid lil pajjiżha. Kien, kif jingħad tajjeb, dak li kellu jdejh indaf u qalbu safja, li ma jagħtix ruħu għall-frugħa u anqas m’aġixxa bil-qerq. Bniedem li ngħaqad ma’ ġenerazzjoni ta’ politiċi li servew sewwa f’din it-triq ta’ Nsara mpenjati fil-politika, bħal Aldo Moro, Giorgio La Pira, Mariano Rumor, Benigno Zaccagnini, Arnaldo Forlani, Ciriaco De Mita u ħafna oħrajn. Wieħed li ta sehemu fit-tkattir ta’ ideat u prinċipji etiċi fundamentali li biddlu, u fl-istess ħin qegħdu l-pedamenti tas-soċjetà. Dawk li jħarsu li jkun hemm ordni soċjali li tiggarantixxi l-ġustizzja, il-paċi u l-avvanz soċjo-ekonomiku. Minn barra jista’ jidher kważi fraġli, imma minn ġewwa tenaċi u insistenti. Kapaċi jikteb u jindirizza sitwazzjonijiet ikkumplikati aktar milli jidħol f’polemiċi inutili. Tbaskat bħala Kattoliku impenjat għall-oħrajn, avukat u akkademiku. Tlett elementi essenzjali għal dak li llum huwa neċessarju għalina fil-ħajja u fis-soċjetà tagħna.
Camaldoli
5. F’dan, proprju kien ukoll interessanti d-diskors kommemorattiv tiegħu fit-tmenin (80) sena minn meta f’Lulju 1943 kienu ltaqgħu numru ta’ intellettwali Kattoliċi f’monasteru partikolari ta’ Camaldoli, fit-Toskana, ftit ’il bgħid minn Firenze, fejn waqt li l-gwerra kienet għaddejja, u waqt li l-Faxxiżmu kien qiegħed jispiċċa, dawn inġabru biex jiġi pubblikat ktejjeb bit-titolu Per La Comunità Cristiana. Principi dell’Ordinamento Sociale. Hemm, kif jgħid tant tajjeb hu, tqegħdet id-direzzjoni bażika ta’ dak li wara serva biex tfasslet il-Kostituzzjoni Taljana. Fuq kollox, l-affermazzjoni tad-dinjità umana u li din hija superjuri għall-Istat fis-sehem, ir-rispett u r-responsabbiltà tagħha fis-soċjetà. Fejn kull kunċett dittatorjali jew materjali tal-politika ġew miċħuda. Fejn id-duttrina soċjali aġġornata u avvanzata tal-Knisja Kattolika toħroġ biċ-ċar u fl-abbiltà konkreta li tista’ tiġi mwettqa verament. Anzi, aktar bħala dik li tiggarantixxi l-komunità politika biex joħorġu l-valuri tal-ugwaljanza bejn il-bnedmin u t-tixrid tal-ġustizzja soċjali.
Nifirħulu
6. Kelli x-xorti li narah u nkellmu meta, fit-13 ta’ Settembru 2017, ġie f’pajjiżna. Hemm, waqt laqgħa li kienet saret mal-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Simon Busuttil, kont preżenti fil-preżenza wkoll tal-ħabib Angelino Alfano, li kien Ministru tal-Affarijiet Barranin. Waqt dawk il-ftit minuti għidt li pajjiżu, bħal tagħna, għandu bżonn aktar Demokristjani għax kienu huma li wettqu l-ġid. Aħna u ħerġin dar lejja u qalli “grazzi”. Kien mument partikolari għalija li l-politika attiva tagħtik, u li issa għandi l-mument li nsemmih. Nikteb dan fit-tama li aktar jimxu warajh u ma jsegwux dawk żbaljati. Proprju għalhekk li fil-jiem li niċċelebraw għeluq sninu nħossni liberu li nikteb dwar dan il-bniedem eżemplari.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Showing posts with label Arnaldo Forlani. Show all posts
Showing posts with label Arnaldo Forlani. Show all posts
26.7.23
14.7.23
POTERE DISCRETO
1. Il-ġimgħa li għaddiet ġie nieqes politiku Taljan li ħadem sew għal pajjiżu. Persuna li ħa ħsieb iservi b’dinjità u attenzjoni f’mument xejn faċli għall-poplu Taljan u għall-partit li ħadem u serva sew fih. Fis-6 ta’ Lulju, Arnaldo Forlani ġie nieqes f’età sabiħa ta’ 97 sena. Membru attiv fil-politika Taljana li nibtet u tat frott wara t-tmiem tal-aħħar gwerra dinjija. Membru fi ħdan id-Democrazia Cristiana ta’ Alcide de Gasperi, u iktar tard, tiegħu stess. Mexxej li dderieġa b’attenzjoni u b’diskrezzjoni sabiex ikun hemm diversi bidliet li llum ħadd m’għadu jservi. Kif kien għamel l-osservazzjoni sewwa Marco Follini (1954) sar ħafna ġid, imma ma sarx il-proċess ta’ informazzjoni u għarfien tiegħu. Kważi għal uħud ma jeżistix, jew kien fil-peġġorattiv. Mentri nafu li dan ma kienx minnu.
Mill-bidu
2. Kien għadu kif iggradwa bħala avukat fl-1948 li ddeċieda li jibda jservi fi ħdan il-partit. Kien żmien ta’ bidla u sfidi kbar. Kien żmien li fih De Gasperi beda jqiegħed pedamenti varji li ġiebu fl-eżistenza d-demokrazija u l-kostituzzjoni tal-pajjiż. Kien iż-żmien li fih il-politika barranija ġiet iffurmata u stabbilita kontra diversi oppożizzjonijiet żbaljati. Kien iż-żmien meta l-pajjiż beda jinbena lura mill-ġdid. Kien iż-żmien meta b’dibattiti kbar fi ħdan il-partit bdiet titwettaq politika bbażata fuq id-duttrina soċjali. Dik li tieħu ħsieb iġġib fis-seħħ ġustizzja soċjali vera. Waħda li ttella’ ’l fuq lil dawk l-iktar lura. Dik li tat ħafna mportanza lill-bdiewa, li ngħataw artijiet varji fi proprjetà biex tiġi kkultivata aħjar. Dik li bdiet proċess ta’ industrija li ssarraf f’pożizzjonijiet ġodda. Proċess li mill-bidu beda joħroġ lill-pajjiż mill-ħsara u d-diżastri li l-lemin estrem tal-Faxxiżmu kien wettaq.
Fiċ-Ċentru
3. Forlani kien il-politiku li serva fit-triq tan-nofs tal-moderazzjoni. Kien dak li kien parti minn diversi proċessi interni fil-partit, fosthom dawk marbuta ma’ Iniziativa Democratica u La Base. Kien preżenti ma’ diversi ismijiet li llum forsi nistgħu napprezzaw aktar. Kien hemm fid-diffikultajiet bejn Giuseppe Dossetti (1913-1996) u De Gasperi. Kien flimkien ma’ Aldo Moro (1916-1978), Mariano Rumor (1915-1990), Giulio Andreotti (1919-2013), Flaminio Piccoli (1915-2000), Amintore Fanfani (1909-1999) fil-ħidma. Ismijiet li wħud qatt ma semgħu bihom, oħrajn jafu biċċiet minnhom imma li fil-fatt ħadmu sabiex mexxew ’il quddiem pajjiżhom fil-kumplikazzjonijiet li sabu ruħhom fihom. Bnedmin li huwa kien magħhom fil-qalba ta’ ħafna, u li bena esperjenza politika unika fiċ-ċentru moderat.
Fil-bilanċ politiku
4. Sandro Fontana (1936-2013) jgħid hekk dwaru: “La posizione ‘mediana’ che Forlani ha saputo mantenere per circa mezzo secolo all’interno delle vicende politiche italiane e alla guida della DC è anche il frutto dell’attenzione che egli ha sempre portato ai cedi medi e ai loro problemi. Tale atteggiamento non discendeva solo all’interclassismo teso a ridurre le distanze tra ricchezza e povertà.” (Il-pożizzjoni fin-nofs ta’ Forlani kienet intelliġenti biex iżomm għal madwar ħamsin sena fi ħdan l-eventi politiċi Taljani u fit-tmexxija tal-partit tad-DC, imma wkoll frott tal-attenzjoni li huwa għaraf jagħti dejjem lill-klassi tan-nofs u l-problemi tagħha. Din il-pożizzjoni ma kinitx ġejja biss mill-pożizzjoni interklassista ndirizzata biex tnaqqas id-distanza bejn is-sinjurija u l-faqar.) U proprju minħabba hekk huwa sab ruħu Prim Ministru tal-pajjiż u serva f’diversi ministeri prestiġġjużi, fosthom dawk tal-Affarijiet Barranin.
Għaqli u deċiż
5. Kien il-bniedem li rnexxilu, anki fl-iktar sitwazzjonijiet skabrużi, li jara sewwa l-fatti. Anzi, kif dan l-awtur jgħidilna: “ ... a collocare gli eventi sempre in una filosofia serena, un pò fredda all’apparenza ma in realtà intrisa di fede e certo corredata dalla lettura assidua dei testi sacri e dei grandi autori cristiani.”. Kellu kultura soda warajh, u waħda Nisranija wkoll. Kien, f’dan, il-bniedem li ħa t-tmexxija tal-parti wara l-eventi traġiċi tal-qtil tal-ħabib tiegħu Aldo Moro. Dawk il-mumenti mmarkaw il-partit, speċjalment f’dawk li kienu jafuh u li ħadmu miegħu. Kien hu li rnexxilu jżomm il-partit fuq il-linja tal-ħidma biex jibqa’ jikber, u fl-istess ħin, id-demokrazija fil-pajjiż tibqa’ tiġi garantita. Kien hu li, b’alleanza differrenti mal-Partit Soċjalista ta’ Bettino Craxi (1934-2000), għaraf jimxi fi staġun politiku ieħor. Wieħed mimli b’sofferenzi, imma li kellu jsir, u hu kien il-bniedem li serva.
Il-Partit
6. Kien dak li fehem li l-partit jista’ jibqa’ jaħdem jekk jibqa’ organizzat verament. Kellu quddiemu Partit Komunista Taljan li fuq dan kellu abbiltajiet kbar. Ferm iktar dixxiplinat u ferm iktar attent għar-realtajiet li kienu qed jiżviluppaw post l-omiċidju ta’ Moro. Kien hu li ġieb lura ’l-partit biex imiss mat-territorju u jżid it-tesserati u l-ħidma fid-diversi bliet u rħula Taljani. Żamm lill-partit sod elettoralment, anke jekk kien hemm l-għarfien li t-tiġdid intern ma kienx f’pożizzjoni jsir proprju għax l-istabilità talbet iktar minn dawk li kienu ilhom iservu. Imma huwa baqa’ attent u għaref f’kif jista’ jeżerċita l-politika f’pajjiż li kien sar iktar żviluppat u kkumplikat. Iktar u iktar fil-proċessi legali li ‘mani pulite’ ġiebu magħhom.
Wieħed jifhem
7. Dan kollu huwa ferm iktar ċar fil-ktieb Potere discreto ta’ Sandro Fontana, li għażilt bħala titolu għal dan l-artiklu. Ktieb mimli informazzjoni u ntervisti li sarulu. Ktieb tajjeb ħafna, li wieħed jagħmel sewwa li jaqra. Wieħed li minnu jifhem iktar proprju f’dan li l-Istat Taljan ħabbar luttu nazzjonali u funeral statali. Mhux biss, ċertament għax kien Prim Ministru tal-pajjiż, imma iktar għas-servizz li huwa renda. Servizz uniku f’eżempji ta’ politika tajba. Servizz għas-sewwa u li flimkien ma’ oħrajn taw ħajjithom, mhux għall-vanaglorja, imma sabiex iwettqu l-ġid lill-proxxmu tagħhom. Bniedem li għen lilna wkoll fil-mumenti diffiċli tad-demokrazija tagħna. Minn qalbna, għalhekk, insellmulu.

Subscribe to:
Posts (Atom)
ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET
35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...
-
12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid...