30578. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: Tista’ l-Ministru tara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar il-Knisja ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid peress li hi ta’ inkonvenjent kbir?
18/09/2025
ONOR. MIRIAM
DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif kien indika
fit-tweġiba li tah il-predeċessur tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 21381
tal-Leġiżlatura XIII, il-kontroll tal-ħamiem selvaġġ ma jaqax taħt
ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi, madankollu, biex tiġi assigurata
l-indafa pubblika, ninfurmah li permezz tad-Diviżjoni tat-Tindif u
l-Manutenzjoni se ssir spezzjoni fiż-żona li qed jirreferi għaliha u jekk ikun
hemm il-bżonn se jsir il-ħasil meħtieġ.
Seduta 379
24/09/2025
No comments:
Post a Comment