30211. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq il-Karmnu, il-Fgura? Jista’ jgħid ukoll kemm ser jiswew u meta huma mistennija li jkunu lesti dawn ix-xogħlijiet?
26/08/2025
ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor.
Interpellant illi x-xogħlijiet inkludew estensjoni żgħira ta’ sistema eżistenti
tal-ilma tax-xita, sostituzzjoni ta’ partijiet mill-pajp tad-drenaġġ,
rikostruzzjoni tal-pajp tal-ilma li jintroduċi sistema doppja ġdida, tħaffir
ta’ trinek u tqegħid ta’ cables tal-Enemalta, rikostruzzjoni ta’ bankini u bini
ta’ toroq. Ix-xogħlijiet huma mistennija li jitlestew sal-aħħar ta’ dan
ix-xahar.
Seduta 374
15/09/2025
No comments:
Post a Comment