30324. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29440 fir-rigward ta’ Pjazza Gavino Gulia, f’Bormla, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser isir ix-xogħol neċessarju issa li dalwaqt waslet il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni?
09/09/2025
ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi kiseb il-permessi
meħtieġa mill-entitajiet relevanti sabiex isiru testijiet li se jgħinu biex
tiġi stabbilita l-firxa tal-problema. Dawn it-testijiet se jsiru wara li jsir
il-koordinament neċessarju minħabba li se jkun hemm bżonn li t-triq tingħalaq
temporanjament.
Seduta 378
23/09/2025
No comments:
Post a Comment