30217. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29600, 29751 u 29857 u jgħid kemm kien hemm kumpilazzjonijiet pendenti fil-Qrati ta’ pajjiżna sal-aħħar ta’ Ġunju 2025 u kemm minnhom ġew deċiżi?
26/08/2025
ONOR. JONATHAN ATTARD: Ninforma lill-Onor.
Interpellant illi b’ referenza għal mistoqsija parlamentari numru 30216,
sal-aħħar tas-sena 2024 kien hemm l-ammont ta’ 2,711 il-kumpilazzjoni pendenti
fil-Qrati ta’ Malta u l-ammont ta’ 103 kumpilazzjoni fil-Qrati ta’ Għawdex,
mentri sal-aħħar ta’ Ġunju, 2025 kien hemm it-total ta’ 2,392 kumpilazzjoni
pendenti fil-Qrati ta’ Malta u l-ammont ta’ 147 kumpilazzjoni fil-Qrati ta’
Għawdex. Bejn l-1 ta’ Jannar, 2025 u l-aħħar ta’ Ġunju, 2025 ġew deċiżi 206
kumpilazzjoni fil-Qrati ta’ Malta u 47 kumpilazzjoni fil-Qrati ta’
Għawdex. Dan l-ammont barra li jinkludi kumpilazzjonijiet
deċiżi minn dawk preżentati bejn Jannar u Ġunju, 2025, jinkludi ukoll ammont
minn dawk li ġew preżentati qabel is-sena 2025.
Ngħarraf
ukoll lill-Onorevoli Interpellant illi t-tnaqqis fin-numru ta’
kumpilazzjonijiet pendenti huwa riżultat tal-investiment kontinwu li qed
jitwettaq fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Fl-istess waqt, fil-ġimgħat li
ġejjin, il-Gvern ser ikun qed iressaq quddiem il-Parlament riforma importanti
oħra fil-proċeduri Kriminali, dik tal-Kumpilazzjonijiet, li għandha l-għan
tkompli tibni fuq riformi oħra, inkluż tal-inkjesti maġisterjali, li saru
fil-kamp kriminali u li introduċew termini proċedurali.
Seduta 375
16/09/2025
No comments:
Post a Comment