13.8.25

MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA

29775. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

10/07/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħha taħbat fit-tieni nofs tas-sena 2025 huma s-segwenti:

Direttiva

Skadenza

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2025/811 tad-19 ta’ Frar 2025 li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata lis-sistemi tar-rappurtaġġ tal-vapuri

19/11/2025

Direttiva (UE) 2023/2661 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li temenda d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport

21/12/2025

 

It-traspożizzjoni  ta’ dawn id-Direttivi għadha għaddejja.

 

Seduta  371

29/07/2025

No comments:

TRUMP JIEĦU PARIR?

F’dawn il-jiem wara li spiċċajt ktieb ieħor ta’ Norberto Bobbio (1909-2004) De Senectute (1996) ġiet din il-mistoqsija quddiemi. Nammetti l...