27917. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk huwiex previst li matul din is-sena jkun hemm xiri ta’ apparat aktar modern relatat mas-servizz tal-Consul-on-the-Move?
02/05/2025
ONOR. IAN BORG: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li fl-2022, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu
xtara sitt tablets bijometriċi biex jintużaw waqt il-programm Consul on the
Move. Dan l-apparat inxtara relattivament riċentement, u bħalissa hemm
biżżejjed tablets biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-Ambaxxati u
l-Kummissjonijiet Għolja Maltin li jwettqu dan ix-xogħol. Barra minn hekk,
il-Ministeru jżomm kuntatt kontinwu mal-kumpanija li tipprovdi dan is-servizz
sabiex jiġi żgurat li l-apparat jibqa’ aġġornat skont il-ħtiġijiet
tal-programm. Għaldaqstant, bħalissa m’hemmx il-ħtieġa li jinxtara apparat
ġdid.
Seduta 339
07/05/2025
No comments:
Post a Comment