13.8.25

MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI - DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA

29786. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

10/07/2025

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar tas-sena 2025 ser jiġu trasposti s-segwenti Direttivi:

 

•⁠⁠Direttiva (UE) 2023/2123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 t’ Ottubru 2023 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali; u

 

•⁠⁠Direttiva (UE) 2023/2668 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li temenda d-Direttiva 2009/148/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol.

 

Seduta  373

04/08/2025

No comments:

TRUMP JIEĦU PARIR?

F’dawn il-jiem wara li spiċċajt ktieb ieħor ta’ Norberto Bobbio (1909-2004) De Senectute (1996) ġiet din il-mistoqsija quddiemi. Nammetti l...