13.8.25

MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI - L-UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

29773. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll liema laqgħat huwa mistenni li jattendi fit-tieni nofs tal-2025?

 

10/07/2025

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa, fit-tieni nofs tal-2025 attendejt laqgħa tal-Kunsill tal-Ewropa ġewwa Strasburgu. Hemm ukoll skedati żewġ Justice and Home Affairs Councils ġewwa l-Lussemburgu u Brussell, kif ukoll laqgħa fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa ġewwa Strasburgu.

 

Seduta  371

29/07/2025

No comments:

SANTA LUĊIJA - INFRASTRUCTURE MALTA - SPIŻA FUQ TOROQ

31629. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid...