29774. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
10/07/2025
ONOR. ANTON
REFALO: Ninforma lill-Onorevoli
Interpellant li dawk id-Direttivi li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni
tagħha taħbat fit-tieni nofs tas-sena 2025 huma s-segwenti:
Titolu
tad-direttiva tal-UE |
Data sa meta
trid tingħalaq it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali |
Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/145 tad-29 ta’
Jannar 2025 li temenda d-Direttiva 2014/98/UE fir-rigward tal-pesti regolati
tal-Unjoni mhux ta’ kwarantina, il-virus tar-ringspot tat-tabakk,
il-virus tar-ringspot tat-tadam, il-Pucciniastrum minimum
(Schweinitz) Arthur u l-Aġent tal-mużajk tat-tin u li tikkoreġi dik
id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni fir-rigward ta’ miżuri li jikkonċernaw il-Candidatus
Phytoplasma prunorum Seemüller Schneider |
31 ta’ Lulju 2025 |
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2024/1262 tat-13 ta’ Marzu 2024
li temenda d-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
fir-rigward tar-rekwiżiti għall-istabbilimenti u għall-kura u ż-żamma
tal-annimali, u fir-rigward tal-metodi tal-qtil tal-annimali |
4 ta’ Diċembru 2025 |
Direttiva (UE) 2024/1438 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’
Mejju 2024 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 2001/110/KE li tirrigwarda
l-għasel, 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti
simili maħsuba għall-konsum uman, 2001/113/KE li għandha x’taqsam mal-ġamm
tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija
l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem, u 2001/114/KE rigward ċertu ħalib ippreservat
diżidratat in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem |
14 ta’ Diċembru 2025 |
Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1079 tat-2 ta’
Ġunju 2025 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward
tal-protokolli għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet tal-pjanti
agrikoli u ta’ speċijiet tal-ħxejjex |
31 ta’ Diċembru 2025 |
Seduta 371
29/07/2025
No comments:
Post a Comment