1. Wieħed jistaqsi minn barra, u f’dan jipprova jifhem dak li għaddej minn ġewwa. Iktar u iktar meta jkun hemm żewġ livelli. Dak li l-Gvern, fl-intenzjonijiet tiegħu jrid iwettaq b’ħidmietu u dak li l-messaġġi ta’ dawk il-passi jwasslu fil-pajjiż. Altru dak li trid twettaq, jew fid-dinja tal-lum, tidher li qed twettaq, u altru dak li l-bnedmin jifhmu li ser iġġib. Dan għax tista’ ġġib fuqek dawk l-effetti li m’intix tara fil-parti interna tal-poter tiegħek. Iktar u iktar meta tiġi perċepit li qiegħed tiġri u li sejjer f’direzzjoni li fiha tlift il-kontroll.
Moderazzjoni
2. Bħala gwida, f’diversi kotba nsibu miktub “In medio stat virtus”. F’dawk li jifhmu kemm wieħed irid ikun attent fil-passi politiċi li jaqbad. It-triq it-tajba fil-politika mhijiex fl-estremiżmi, u wisq inqas fil-ġiri bla bżonn. Meta pajjiż irid jitmexxa ’l quddiem fit-truf sħaħ tiegħu hemm linja moderata li għandha tinqabad. Il-pożizzjoni hija f’dan ċertament delikata, iktar u iktar fil-kumplessitajiet li jeżistu f’pajjiżna. M’aħniex f’pożizzjoni li nħarsu lejn sfida partikolari mingħajr ma nifhmu li qed immissu, direttament jew indirettament, ma’ diversi sfidi oħrajn. Forsi aktar f’dan, il-Gvern mhuwiex jifhem li hemm passi li jistgħu jsiru fil-bidu ta’ leġislatura, u oħrajn li le.
Ambjent
3. Forsi aktar, mhuwiex japprezza li hemm iktar persuni fil-pajjiż li huma favur il-protezzjoni tal-ambjent. Bnedmin li mhumiex favur l-iżvilupp tal-bini. Pożizzjoni li ma tistax tiġi njorata, imma li trid tiġi ndirizzata b’attenzjoni u b’kura kbira. Biss f’dan wieħed jifhem li fuq in-naħa l-oħra, illum, b’riżultat ta’ dak li seħħ wara l-kwistjoni taċ-ċittadinanza, il-pajjiż jinsab iktar jiddependi fuq din il-linja ekonomika. F’dan irid ikun aktar attent sabiex jimxi, mingħajr ma jiżbilanċja, fit-triq tan-nofs u mhux naħa kontra oħra. Iktar u iktar biex ma tinfetaħx l-opportunità għal dawk fl-intern tal-partit li jitkellmu qabel. Li f’dan ma tippermettix daqqiet ta’ stalletti li għaddewlek ġewwa fik. Daqqiet li jimmarkaw u jirreġistraw l-awto-gowls.
Id-direzzjoni
4. Diġà huwa ċar li l-Gvern qiegħed jibgħat il-messaġġ li qiegħed jiġri sabiex jipprova jlaħħaq, malajr malajr, xi passi li hu jaħseb li huma għalih determinanti. Diġà rajna kif, għall-ewwel darba, għażel li jżomm il-Parlament għaddej tul Lulju kollu u Awissu. Issa qiegħed jissejjaħ lura fit-tielet ġimgħa ta’ Settembru. Deċiżjoni li qisha qed tipprova tikxef jew li ġej appuntament elettorali bikri, inkella li trid timmarka kemm għandu xogħol b’lura. Inkella hemm l-għarfien evidenti li bidla fil-Partit Nazzjonalista ser ikollha l-effett tagħha. Hemm dik direttament elettorali mal-bnedmin u hemm dik fi ħdan il-Partit Laburista nnifsu. Bidla hija bidla, u għandha l-proċessi tagħha li wieħed irid jikkunsidra. Biss, indipendentement minn dan, meta ministri u deputati ma jkollhomx il-ħin neċessarju biex jiċċarġjaw il-batteriji, l-effetti ma jkunux ħlief dawk ta’ każijiet differenti ta’ awto-gowls.
Inwaqqfu
5. Diġà hawn il-“biżgħat” li huma assoċjati mal-atmosfera li tinbena madwar elezzjoni ġenerali. B’dak li qiegħed iwettaq, il-Gvern preżentement qiegħed jixħet iktar ġebel fuqu nnifsu u fl-istess proċess qed jiġbed l-ixkafef ukoll. Iċ-Ċivil qiegħed pass lura b’kawtela ikbar u b’attenzjoni. Waqfien ta’ ħatriet. Kuntratti li jinħarġu b’ordnijiet diretti, bi pressjoni biex jiġu ġġudikati malajr. Qisu fuq dawn il-gżejjer waslet l-aħħar tad-dinja. Sinjali, indikazzjonijiet li fit-tul huma ċertament kontro-produċenti. Dak li ma jsirx bil-ħsieb, bl-attenzjoni u bil-moderazzjoni ma jwassalx ħlief għal kumulu akbar ta’ awto-gowls, u dan minn dawk li diġà rajna.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
TRUMP JIEĦU PARIR?
F’dawn il-jiem wara li spiċċajt ktieb ieħor ta’ Norberto Bobbio (1909-2004) De Senectute (1996) ġiet din il-mistoqsija quddiemi. Nammetti l...
-
9944. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid ke...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...
-
1. Din il-ġimgħa, l-kriżi finanzjarja li ilna naraw l-effetti negattivi tagħha kompliet b’fażi differenti u li qabel ma konniex...
No comments:
Post a Comment