13.8.25

MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA - DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA

29776. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tagħha matul it-tieni nofs tal-2025? Tista’ tgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

10/07/2025

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fl-aħħar sitt xhur tas-sena 2025 huma s-segwenti:

 

             Direttiva (UE) 2024/884 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Direttiva 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) - Skadenza 9 t’Ottubru 2025.

 

             Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (riformulazzjoni) - Skadenza 11 t’Ottubru 2025.

 

             Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2024/1405 tal-14 ta’ Marzu 2024 li temenda l-Anness IX tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward taż-żieda ta’ materja prima għall-produzzjoni tal-bijofjuwils u tal-bijogass - Skadenza 14 ta’ Settembru 2025.

 

Dawn id-Direttivi għadhom ma ġewx trasposti fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadhom kollha pendenti.

 

Seduta  371

29/07/2025

No comments:

TRUMP JIEĦU PARIR?

F’dawn il-jiem wara li spiċċajt ktieb ieħor ta’ Norberto Bobbio (1909-2004) De Senectute (1996) ġiet din il-mistoqsija quddiemi. Nammetti l...