29768. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll liema laqgħat huwa mistenni li jattendi fit-tieni nofs tal-2025?
10/07/2025
ONOR. CLINT CAMILLERI: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li fl-ewwel nofs tas-sena 2025, attendejt l-Assemblea Ġenerali
tal-Kummissjoni tal- Gżejjer tas-CPMR fil- Gżejjer Kanarji, Spanja, bejn it-23
u 24 t’April. Attendejt wkoll għal laqgħa informali tal-Ministri Ewropej
responsabbli mill-Politika ta’ Koeżjoni, Territorju u l-iżvilupp Urban li
inżammet f’Warsaw, il-Polonja, bejn l-20 u 21 ta’ Mejju. Fit-tieni nofs
tas-sena 2025, aktarx ser nattendi wkoll għal laqgħa fil-Belġju bl-isem ‘EU
Regions Week’, inkluża l-konferenza ‘Cohesion objectives beyond cohesion
policy’ li ser tinżamm f’Ottubru. Ser ikun hemm ukoll l-Assemblea Ġenerali
tas-CPMR li ser tinżamm f’Barċellona f’Novembru li possibbli nattendi, però
għadni ma kkonfermajthiex. M'iniex infurmat s’issa li se jkun hemm aktar laqgħat
fi ħdan l-Unjoni Ewropea sa Diċembru, però tifhem li jista’ jkun li niġu
mistiedna għal xi laqgħat aktar 'il quddiem skont iċ-ċirkustanzi.
Seduta 370
28/07/2025
No comments:
Post a Comment