13.8.25

MINISTERU GĦALL-FINANZI - DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA

29784. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

10/07/2025

 

ONOR. CLYDE CARUANA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministru għall-Finanzi huma s-segwenti:

Direttiva

Skadenza

Direttiva (UE) 2023/2864 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li temenda ċerti Direttivi fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (Artiklu 3)

 

10/07/2025

Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, u li temenda u tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 (Artiklu 74)

 

 

10/07/2025

Direttiva (UE) 2024/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2024 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji

 

29/09/2025

Direttiva (UE) 2023/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva 2008/48/KE

20/11/2025

(responsabbiltà konġunta ma’ OPM-ES)

Direttiva (UE) 2023/2673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li temenda d-Direttiva 2011/83/UE fir-rigward tal-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod u li tħassar id-Direttiva 2002/65/KE

 

19/12/2025

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2023/2226 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni

 

31/12/2025

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2024/1265 tad-29 ta’ April 2024 li temenda d-Direttiva 2011/85/UE dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri

 

31/12/2025

Direttiva (UE) 2025/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2025 li temenda d-Direttivi (UE) 2022/2464 u (UE) 2024/1760 fir-rigward tad-dati minn meta l-Istati Membri għandhom japplikaw ċerti rekwiżiti ta’ rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà u ta’ diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva

 

 

31/12/2025

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/872 tal-14 ta’ April 2025 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni

 

31/12/2025

 

Id-Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, u li temenda u tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 ġiet trasposta.  Id-Direttivi l-oħra għadhom ma ġewx trasposti fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadhom pendenti.

 

Seduta  373

04/08/2025 

No comments:

TRUMP JIEĦU PARIR?

F’dawn il-jiem wara li spiċċajt ktieb ieħor ta’ Norberto Bobbio (1909-2004) De Senectute (1996) ġiet din il-mistoqsija quddiemi. Nammetti l...