25705. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lid- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025?
18/02/2025
ONOR. IAN BORG: Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu attendejt u ġejt mistieden għal-laqgħat msemmija hawn taħt fl-2025:
27 ta’ Jannar – FAC Brussell
24 ta’ Frar – GAC Brussell
17 ta’ Marzu – FAC Brussell
14 t’April – FAC Lussemburgu
29 t’April – GAC - Varsavja
7 – 8 ta’ Mejju – Gymnich –
Varsavja
15 ta’ Mejju – FAC
(Kummerċ) - Brussell
19 ta’ Mejju – FAC Brussell
19 – 20 ta’ Mejju – Forum
Umanitarju Ewropew – Brussell
26 ta’ Mejju – FAC (Żvilupp)
– Brussell
27 ta’ Mejju – GAC – Brussell
23 ta’ Ġunju – FAC
Lussemburgu
Barra min hekk, fl-14 ta’
Mejju 2025, ser nattendi l-Laqgħa Ministerjali tal-Kunsill tal-Ewropa li ser
issir ġewwa l-Lussemburgu, fejn hemmhekk Malta tieħu uffiċjalment il-Presidenza
tal-Kunsill tal-Ewropa.
Ġejt mistieden ukoll
nippreżenta l-prijoritajiet ta’ Malta fil-laqgħa tad-Deputati tal-Kumitat
tal-Ministri fit-28 ta’ Mejju 2025 ġewwa Strasburgu.
Ser nattendi wkoll il-laqgħa
tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa biex nindirizza s-seduta ta’
Ġunju fl-irwol tiegħi bħala President tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill
tal-Ewropa. Din se ssir bejn it-23 u s-27 ta’ Ġunju 2025.
Seduta 316
25/02/2025
No comments:
Post a Comment