25016. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet marbuta ma’ Triq Tal-Barrani, Ħal Tarxien? Jista’ jgħid dawn ix-xogħlijiet x’inhuma u kemm ser idumu sabiex ikunu lesti?
24/01/2025
ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed jiġi
finalizzat it-tqegħid tal-bankini u l-aħħar sistemi tad-drenaġġ. Xogħol ieħor jinkludi iż-żieda fit-tijib
tal-ġbir tal-ilma tax-xita bit-tqegħid ta’ katusi ġodda u ffurmar ta’ tappieri
għal ġbir tal-ilma li jwasslu lejn ġibjun eżistenti. Ix-xogħol
mistenni jitlesta sal-aħħar ta’ Marzu.
Seduta 306
03/02/2025
No comments:
Post a Comment