25533. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22861, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet f’Bighi, fil-Kalkara?
13/02/2025
ONOR. OWEN
BONNICI: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti
mogħtija fil-mistoqsijiet preċedenti PQ 7948, PQ 11305, PQ 12938 u PQ 22861
dwar dan is-suġġett. Dan ix-xogħol qed isir minn Infrastructure Malta permezz
ta’ kuntrattur imqabbad minnhom.
Minħabba tibdil fil-pjanijiet
oriġinali tas-sit u t-tisħiħ tal-ħitan u l-blat taħt il-wiċċ, id-disinji –
inkluż dawk relatati mal-moll li għandu jinbena minn Infrastructure Malta –
kellhom jiġu riveduti. Dan ix-xogħol qed isir b’mod parallel max-xogħol ieħor
ta’ Infrastructure Malta fuq il-bqija tal-ħitan ta’ barra, li jibdew min-naħa
tal-Esplora u jdawwaru sa fejn seħħ il-kollass imsemmi.
Għaldaqstant, il-fażi
preliminari tal-istudji issa waslet fi tmiemha, sabiex ix-xogħol fuq il-moll
ikun jista’ jibda ladarba l-iskavi fis-sit ikunu kważi lesti. Id-disinji ġew
riveduti mill-ġdid biex jiġu definiti l-iskavi meħtieġa, sabiex ix-xogħol fuq il-moll
ikun jista’ jibda min-naħa tal-art.
Seduta 314
19/02/2025
No comments:
Post a Comment