6.12.23

RAĦAL ĠDID: ĠNIEN SAN ALWIĠI – APPLIKAZZJONI NRU TRK/00266472

13938. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2135 jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żviluppi dwar l-applikazzjoni li saret lill-Awtorità tal-Ippjanar nru TRK/00266472 sabiex jiġi rranġat Ġnien San Alwiġi, f’Raħal Ġdid?

 

28/11/2023

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13938, ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba sottomessa bin-numru TRK 266472 ġiet ikkunsidrata bħala kompluta fit-23 ta’ Jannar, 2023 u l-applikazzjoni ngħatat in-numru PA 00253/23. Din l-applikazzjoni ġiet ipproċessata u ġiet approvata mill-Kummissjoni tal-Ippjanar, nhar il-21 ta’ Novembru, 2023.

 

Seduta  186

05/12/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...