7.12.23

MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI - IMPLIMENTAZZJONI TA' DIRETTIVI TAL-UE

13939. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12954 u jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali matul is-sena 2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

 

28/11/2023

 

ONOR. ANTON REFALO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi tal-Unjoni Ewropea li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali li kellhom data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali fis-sena 2023 u li ġew trasposti huma s-segwenti:

 

Direttiva

Skadenza għat-traspożizzjoni

Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1647 tat-23 ta' Settembru 2022 li temenda d-Direttiva 2003/90/KE fir-rigward ta' deroga għall-varjetajiet organiċi ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli adattati għall-produzzjoni organika

 

30/06/2023

Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1648 tat-23 ta' Settembru 2022 li temenda d-Direttiva 2003/91/KE fir-rigward ta' deroga għal varjetajiet organiċi ta' speċi ta' ħxejjex adattati għall-produzzjoni organika

 

30/06/2023

Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/2438 tat-12 ta' Diċembru 2022 li temenda d-Direttiva 93/49/KEE u d-Direttiva ta' Implimentazzjoni 2014/98/UE fir-rigward ta' pesti mhux ta' kwarantina regolati mill-Unjoni fuq materjal ta' propagazzjoni ta' pjanti ornamentali, materjal ta' propagazzjoni ta' pjanti tal-frott u pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott

 

 

30/06/2023

 

 Dik id-Direttiva li għandha pendenti hija:

 

Direttiva

Skadenza għat-traspożizzjoni

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1438 tal-10 ta’ Lulju 2023 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward tal-protokolli għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex.

 

31/12/2023

 

Seduta  187

06/12/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...