6.12.23

RAĦAL ĠDID – ĠNIEN IL-MEDITERRAN - MANUTENZJONI

13937. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid, fl-2022 u fl-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

28/11/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, għalkemm ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tagħha, Project Green wettqet diversi xogħlijiet f’dan il-ġnien li kienu jinkludu tinqix tal-ħamrija, tisqija u żbir tas-siġar,  kif ukoll saru x-xogħlijiet preparatorji biex tiġi estiża s-sistema awtomatika għat-tisqija tas-siġar. Infakkar li Ġnien il-Mediterran intgħażel bħala wieħed mis-16-il proġett li se jsiru taħt l-iskema Community Greening Grant u minbarra li dan il-ġnien se jiġi riġenerat il-proġett se jinkludi żona għall-istudenti tal-MCAST.

 

Kif spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13868, ix-xogħol b’rabta mal-proġetti li se jsiru b’investiment ta’ €10 miljun taħt l-iskema Community Greening Grant  wasal f’diversi fażijiet. Tlestiet il-konsultazzjoni mal-entitajiet konċernati waqt l-ippjanar kif  ukoll l-istudji meħtieġa. Barra minn hekk, tlesta x-xogħol amministrattiv marbut mat-tfassil biex jinħarġu s-sejħiet għall-offerti u preżentament qed isir it-tfassil tagħhom.

 

Seduta  186

05/12/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...