2.4.18

GUDJA – XOGĦLIJIET FIL-ĠONNA PUBBLIĊI




4836. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba huwiex previst li tul din is-sena jsiru t-tiswijiet u l-kura neċessarja fil-ġonna pubbliċi li hemm fil-Gudja, peress li dawn ix-xogħlijiet issa ilhom ix-xhur sabiex isiru u mhux ċert min għandu jesegwixxi tali xogħol?



12/03/2018



 ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ġonna ġewwa l-Gudja kienu ġew devoluti lill-Kunsill Lokali ta’ l-istess lokalità u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.



Seduta  95

20/03/2018

No comments:

ĦADMU GĦAS-SEWWA

1. Ftit ilu fakkarna li fit-23 ta’ Lulju 1957, kważi sebgħin sena ilu, ġie nieqes l-awtur Sqalli Giuseppe Tomasi di Lampedusa (1896). ...