25.4.18

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - PROĠETTI




 
5347. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi proġett jew żvilupp partikolari li se jsir mill-Ministeru jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu inkonessjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid jew ġewwa l-imsemmija belt tul din is-sena, u jekk iva jista’ jgħid x’tip se jkunu dawn?

18/04/2018

  ONOR. KONRAD MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isiru xogħlijiet ta’ tisbieħ fil-Ġnien Duminku Mintoff, liema xogħlijiet jinkludu ġibjun biex jinġabar l-ilma tax-xita u tittaffa l-problema tal-għargħar fl-akwata, orjentazzjoni ġdida u iktar moderna, kif ukoll diversi spazji ta’ rikreazzjoni għal persuni ta’ etajiet differenti.

Apparti minn hekk Projects Malta bħalissa qegħdha taħdem fuq il-proġett tal-grawnd tar-rugby fl-inħawi ta’ Kordin.

Intant il-GHRC hija nvoluta fit-tfassil tal-pjan ta’ riġenerazzjoni tal-ground ta’ Pace Grasso li minbarra l-Health Hub se jkun ukoll jinkludi faċilitajiet oħra għall-użu tal-komunità kemm lokali kif ukoll reġjonali.

Seduta  105
25/04/2018

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...