1. Tul dan
il-Ħadd il-partit ser jkun qiegħed jiġbor iktar fondi sabiex jisostni l-ħidma
tiegħu. Ser ikun qiegħed iwettaq dan billi jitlob mingħand dawk li jridu jaraw
oppożizzjoni b’saħħitha. Jitlob li jingħata mezzi finanzjarji biex jassigura li
l-messaħħ tiegħu jkompli jasal. F’dawn ix-xhur minn l-aħħar elezzjoni ġenerali
nbeda proċess ġdid. Wieħed li filwaqt li jirrikonoxxi dak li għaddejna minnu,
nieħdu kont tiegħu, għarfien tal-effetti negattivi tiegħu, xorta nimxu ‘l quddiem.
Ma hemmx dubju li ma kienx u m’huhiex faċli. Wisq inqas li ser jseħħ ħabta u
sabta kif xi wħud żbaljatment jippretendu li jsiru l-mirakli mill-bnedmin.
Passi ‘l
quddiem
2. Ftit jiem
ilu ġew quddiemi kelmtejn tal-Papa Franġisku f’waħda mill-ewwel intervisti tiegħu.
Preċiżament fil-bidu taż-żmien mogħti lilu biex imexxi l-Knisja Kattolika. Fejn
jgħid “You can have large projects and implement them by means of a few of the
smallest things. Or you can use weak means that are more effective than the
strong ones.” Kliem li qed naqleb għall-lingwa tagħna hekk: “Jistgħa jkollok
proġetti kbar li tista’ twettaq permezz ta’ ftit mill-iktar ħwejjeg żgħar. Jew
tista’ tuża mezzi dgħajfa li huma iktar effettivi minn dawk b’saħħithom.” Kliem
li għandhom jiggwidawna, speċjalment għalina li ninsabu fil-politika li titlob
minna l-proġetti.
Mhux ser naqtgħu
qalbna.
3.
Fl-esperjenza tal-ħajja ngħaraf li min ikollu proġetti għas-sewwa u min ikun
dirett sabiex ikun strument għaliha, jsib ħafna ostakli. Jsib ħafna rwiefen,
baħar imqalleb, ċaqliq u attentati varji ta’ gambetti. Iktar ma l-progett ikun
fuq id-direzzjoni li minnu jista’ jseħħ l-ġid komuni, l-ġustizzja soċjali l-bnedmin
jgħarfu li aktar ikun hemm min irid jżommhom milli jseħħu. It-Taljani jgħidu “Chi
sta bene non si muove”. Min jinsab komdu ma jiċċalaqx. Anzi mhux biss ma jidħolx
għall-moviment imma jara kif jagħmel biex iżomm lil min irid jibdel, b’kemm għandu
saħħa u ħila. Iktar ma wieħed ikun qiegħed jibdel iktar ħaddiehor jirrikorri għal
mezzi żbaljati biex ma jħallihx.
Dak li rajna
4. Proprju għax
il-partit ma’ kull mewġa qiegħed joħroġ tajjeb u jibgħat l-messagg tiegħu kif għandu
barra li aktar qed naraw azzjonijiet żbaljati. Fil-ħajja hemm varji azzjonijiet
ħżiena li jsiru minn bnedmin lill-oħrajn. Hemm min jiġġustifikhom għax jgħidu
li l-mezz mhux importanti. Hemm min huwa lest li jakkuża falzament lil
ħaddieħor. Hemm min juża terzi biex iwettaq dan. Min jixħet il-ġebla u jaħbi
idu. Jinħeba wara paraventu. Jinħeba sabiex jidher li dak li jrid jinsinwa u
joħroġ huwa qiegħed joħorġu ħaddiehor. Ċertament nafu b’dan. Nafu għax drajna
l-ewwel bl-istil ta’ kif jitwettqu dawn l-azzjonijiet, it-tieni t-toroq li jiġu
użati, it-tielet d-daqs u l-proporzjon tagħhom, li jiġu kważi kollha dejjem
l-istess.
“X’alleanza”
5. Rajna dan
tul din il-ġimgħa. Attakk lill-Kap tal-Oppożizzjoni fuq akkuzi foloz għall-aħħar.
Imma f’dan ngħarfu l-ewwel li min huwa daharu mal-ħajt jirrikorri għal mezzi
simili, t-tieni l-bżonn li wieħed jipprova jibni argument fejn ma hemmx wieħed,
it-tielet li anki jekk jaf li m’huhiex minnu li huwa biss duħħan ser iservi lil
ħaddiehor biex jibdel l-argument minn fuqu. Jneħħi temporanjament l-attenzjoni
pubblika minn fuqu. Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali li ġab ‘l-Gvern
f’pożizzjoni iebsa ma kellux ħafna difiżi x’wieħed iġib għalih. Anki jekk ġew
sagrifikati fil-kamp tal-battalja politika żewġ politiċi ġodda, wieħed deputat
u l-ieħor ministru, l-poplu xorta m’ emminx.
Tiskanta
6. L-agħar
f’dan mhux tant li n-naħa tal-Gvern jinxehet f’din it-triq li kienet
prevedibbli mill-bidu, imma li ħaddiehor m’għarafx dan. Anki jekk hawn ħafna
bnedmin intelliġenti. Anki jekk hawn ħafna li żokrithom nippretendi li waqgħet
fl-għarbiel tal-aħbar xorta jkun hemm min jemmen li aħbar falza hija minnha. Ngħarfu
li qedhin fi żmien fejn il-verità trid tikkumbatti iktar minn qabel. Ngħarfu li
huwa faċili iktar minn qabel li wieħed jibgħat biċċa, nofs jew ebda forma ta’
verità. Imma dan ma jfissirx li wieħed ma għandux jistenna u jara wara li jgħaddi
d-duħħan x’inhuwa minnu u x’ m’huhiex.
Dixxerniment
7. Kif qegħdin
hawn nibqa naħseb u nirrifletti fuq kif l-Papa Franġisku jispjega l-proċess
intern li kull bniedem jiffaċċja fid-dixxerniment ta’ dak li huwa sewwa u veru
minn dak li m’huhiex. Huwa jgħid hekk “But I am always wary of decisions made
hastily. I am always wary of the first decision, that is, the first thing that comes
to mind if I have to make a decision. This is usually the wrong thing. I have
to wait and assess, looking deep into myself, taking the necessary time.” “Noqgħod
lura milli nieħu deċizjonijiet ta’ malajr. Noqgħod lura mill-ewwel deċizjoni,
jiġifieri dik li tiġi l-ewwel f’moħħi, jekk għandi nieħu deċizjoni. Din
is-soltu tkun l-iżbaljata. Irrid nistenna u ngħarbel, inħares fil-fond fija
nnifsi, nieħu l-ħin tiegħi.”
Iż-żmien li
ġej
8. Nifhem
dejjem iktar li l-Partit Laburista qed jgħaraf dak li ser ikun qiegħed fih. Fuq
naħa ser jgħaddi minn proċess intern li jagħzel mexxej differenti bil-komplikazzjonijiet
tiegħu. Fuq l-oħra l-probabilità li l-Kap tal-Oppożizzjoni jkompli jissoda
fil-frattemp. Meta l-partit fil-Gvern joħroġ finalment minn din it-triq, jrid
jibqa kif kien fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Mhux biss, imma iktar min hekk irid
jara lil min qiegħed imexxih illum joħrog bl-unuri. Iktar li f’dak l-mument li
jċedi x-xettru politiku jkun fl-aqwa tal-karriera tiegħu. Proprju għalhekk li
l-prezz jgħola. Proprju għalhekk li jsir iktar legittimu għalihom li jużaw kull
mezz anki dawk li ma humiex moralment jew politikament korretti biex iżommu
lura l-oppożizzjoni.
Nifhmu dan
9. Bħala
partit irridu ngħarfu dan. Ikun żball politiku tagħna jekk naħsbu li kollox
nieżel mis-sema. Għax anzi, kif qed naraw kollox huwa tiela l-fuq mill-art. Li
tara dawn il-mossi , li tismagħhom , li taqrhom wieħed jifhem imma li jidħol
fit-trabokk tagħhom dak huwa mod ieħor fuqna. U dan ma huwiex l-ewwel darba
l-iktar fil-konfront tal-kap tal-partit. Il-Partit Laburista għandu polz
tal-poplu bhal m’għandna aħna. Jgħaraf jum wara l-ieħor li l-popolarità tagħna
qed tinfirex. Jgħaraf li s-sustanza tad-diskors tagħna qiegħed jiżdied u għalhekk
jrid jżommna lura. Għax qed jgħarfu li qegħdin fit-triq t-tajba li jridu jwaqqfuna.
Nappellaw
10. Proprju għalhekk
li ma għandniex inħalluhom. Proprju għalhekk li f’dawn il-jiem għandna
nassiguraw li l-Partit Nazzjonalista jkollu l-mezzi finanzjarji biex imexxi u
jissoda l-politika tiegħu. Proprju għalhekk li nappellaw sabiex kull min huwa
f’pożizzjoni jgħati, jgħati milli jista’.