Il-Partit
Laburista llejla kkonferma li l-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Muscat għadu
qed jipprova jimplimenta l-iskema ta’ bejgħ taċ-ċittadinanza b’mod dubjuż u
b’segretezza. Filwaqt li l-Gvern Laburista komdu jgħaddi informazzjoni
bil-moħbi dwar l-eks sewwieq tal-Formula 1 Jacques Villeneuve, Joseph Muscat
qed jipprova jaħbi l-istorja ta’ “biljunarju” Ċiniż li skont The Sunday
Times tal-Ħadd li għadda ġie Malta biex jiltaqa’ ma’ Henley & Partners
bl-iskop li jixtri ċ-ċittadinanza Maltija. X’qed jaħbi l-Prim Ministru Muscat?
Il-poplu
Malti jinsab magħqud fit-twemmin tiegħu li din l-iskema tal-Prim Ministru
Muscat hi waħda ta’ bejgħ ta’ ċittadinanza u mhux ta’ investiment. Hija
verament sfortuna li fl-istess ġurnata li l-Partit Laburista qiegħed jipprova
jbiegħ gidba dwar l-investiment, ħarġet l-aħbar fil-mezzi tax-xandir li
kumpanija fis-servizzi finanzarji keċċiet mal-65 ħaddiem.
Il-Partit
Nazzjonalista jtenni li din l-iskema hija waħda ta’ bejgħ u mhux waħda li
tiġbed l-investiment lejn pajjiżna. Fil-ferneżija tiegħu li jagħmel ftit flus
malajr, il-Prim Ministru qiegħed jinsa’ għalkollox l-importanza ta’ investiment
ġdid f’pajjiżna u qiegħed juri li tilef il-kontroll tal-aktar politika kruċjali
f’pajjiżna: jiġifieri li jiġi attirat l-investiment tanġibbli biex jinħolqu jobs
ġodda għall-familji Maltin u Għawdxin.
--
Uffiċċju
Informazzjoni
Partit
Nazzjonalista
No comments:
Post a Comment