16.10.19

SANTA LUĊIJA - SKOLA SEKONDARJA - XOGĦLIJIET TA' MANUTENZJONI ORDINARJA U STRAORDINARJA


  
10789. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja se jsiru fl-iskola sekondarja Santa Luċija Malta tul dan is-sajf?

01/07/2019




  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf l-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskola sekondarja ta’ Santa Luċija dan is-sajf kienu kif se nsemmi:

·              Xogħol ta’ tikħil u żebgħa
·              Xogħol ta’ ristrutturar f’parti mill-binja sabiex tospita l-uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ, inkluż aperturi, xogħol ta’ tikħil u żebgħa, xogħol ta’ partitions u installazzjoni ta’ faċilitajiet sanitarji
·              Installazzjoni ta’ gradi ġodda
·              Tlestija ta’ xogħol f’sitt workshops ġodda


Seduta  253
14/10/2019

IL-GUDJA - SKOLA PRIMARJA - XOGĦLIJIET TA' MANUTENZJONI ORDINARJA U STRAORDINARJA




10788. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja ser jsiru fl-iskola primarja fil-Gudja tul dan is-sajf?

01/07/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskola primarja tal-Gudja dan is-sajf kienu jinvolvu:

·              Xogħol ta’ tikħil u żebgħa
·              Installazzjoni ta’ shading devices
·              Xogħol ta’ plumbing
·              Xogħol ta’ ġardinaġġ
·              Irranġar ta’ għamara

Seduta  253
14/10/2019


ĦAL TARXIEN - SKOLA PRIMARJA - XOGĦLIJIET TA' MANUTENZJONI ORDINARJA U STRAORDINARJA



10787. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol:
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja se jsiru fl-iskola primarja Ħal Tarxien tul dan is-sajf?

01/07/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma l-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskola primarja ta’ Ħal Tarxien dan is-sajf kienu kif se nsemmi:

·              Xogħol ta’ gradi
·              Xogħol ta’ tikħil u żebgħa
·              Installazzjoni ta’ shading devices
·              Irranġar ta’ soqfa
·              Irranġar ta’ faċilitajiet sanitarji


Seduta  253
14/10/2019

CRUISELINERS


  
10795. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu cruise liners tul dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti?

01/07/2019

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Cruise liners li daħlu Malta tul dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti kien jammonta għal 156.

Seduta  254
15/10/2019


BASTIMENTI MERKANTILI


  
10794. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu bastiment merkantili tul dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti?

01/07/2019

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, in-numru ta’ bastiment merkantili li daħlu Malta matul dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti kien jammonta għal 4281.

Seduta  254
15/10/2019

PORT IL-KBIR - TINDIF




10793. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex kemm jista' jkun il-baħar fil-Port l-Kbir jitnaddaf?

01/07/2019

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, f’Malta għandha kuntratt ma’ kuntrattur speċjalizzat li jiġi msejjaħ meta jkun hemm il-bżonn li jinġabar żejt jew ammont kbir ta’ skart jew “flotsam” mill-baħar li jista’ jkun ta’ periklu għan-navigazzjoni. Il-kuntrattur imsemmi jrid ikun pront erbgħa u għoxrin siegħa kuljum biex jipprovdi dan is-servizz meta jiġi msejjaħ. Każijiet ta’ tixrid ta’ żejt jiġu wkoll mgħoddija lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-azzjoni neċessarja.
F’ċirkustanzi normali ta’ skart li jiġi rraportat fil-baħar, l-Awtorità tinforma lid-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni biex tittieħed azzjoni meħtieġa biex ikun jista’ jinġabar.
Barra minn hekk, kull proġett li qed isir f’żona marittima qed ikun suġġett għal skrutinju mill-Awtorità tal-Ambjent. Il-proċess jinkludi li jittieħdu kampjuni mill-materjal li jkun ser jittella’ mill-baħar u jintbagħat barra minn Malta għal analiżi xjentifika.Skont ir-riżultati jiġi speċifikat il-metodu li għandu jintuża biex jintrema l-materjal inkwistjoni.

Bħalissa għaddejjin ukoll tħejjijiet biex fiż-żmien li ġej partijiet mill-Port il-Kbir jitħammlu.Din hi miżura li biha ser inkunu qed inneħħu ammont sostanzjali ta’ materjal li nġemgħa fil-Port u permezz ta’ hekk inżidu l-pixka tant meħtieġa għall-bastimenti.

Seduta  254
15/10/2019

9.10.19

RAĦAL ĠDID - SKOLA PRIMARJA - XOGĦLIJIET TA' MANUTENZJONI ORDINARJA U STRAORDINARJA




10786. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja se jsiru fl-iskola primarja f'Raħal Ġdid tul dan is-sajf?

01/07/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskola primarja f’Raħal Ġdid dan is-sajf kienu:

·              Gradi tal-ħadid ġodda.
·              Tiswija fil-faċċata tal-iskola.
·              Xogħol ta’ plumbing
·              Faċilitajiet sanitarji ġodda
·              Xogħol ta’ tikħil u żebgħa
·              Tiswija fis-soqfa

Seduta  252
09/10/2019

KWISTJONI TA' DINJITA

1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...