3.6.19

PRESIDENZA - LAQGĦAT

 
10293. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li se jattendi fit-tieni sitt xhur ta' din is-sena tul il-Presidenza l-ġdida li ġejja?

29/05/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Seduta  230
03/06/2019

PRESIDENZA - LAQGĦAT

 
10292. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid għal-liema laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li se jattendi fit-tieni sitt xhur ta' din is-sena tul il-presidenza l-ġdida  li ġejja?

29/05/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Nifhem li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal laqgħat barra minn pajjiżna fit-tieni sitt xhur tal-presidenza l-ġdida fl-2019 u li huma laqgħat relatati direttament mal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea.
Skont il-kalendarju tal-Kunsill tal-Ministri provdut mill-Presidenza, il-laqgħat li huma relatati mal-edukazzjoni u x-xogħol huma dawn:

Data
Laqgħa
24 ta' Ottubru 2019
EPSCO Council (Lussemburgu)
8 ta' Novembru 2019
Joint Council Meeting (EDUC & ECOFIN) & Education Council Meeting
21 ta' Novembru 2019
EYCS Council
10 ta' Diċembru 2019
EPSCO Council

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li għadu kmieni wisq sabiex nikkonferma liema laqgħat sejjer nattendi partikolarment dwar dawk il-laqgħat li l-kompetenzi tagħhom jaqgħu taħt aktar minn Ministeru wieħed.
Minbarra l-laqgħat imsemmija, hemm ukoll previst attendenza għat-tieni European Education Summit li se jsir fi Brussell fis-26 ta' Settembru 2019, organizzat mill-Kummissjoni Ewropea.

Seduta  230
03/06/2019

PERSUNI - XOGĦLIJIET


 
 
10291. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta’ April 2019? Jista’ jindika kemm minnhom kellhom l-impieg part-time bħala primary job? Kemm minnhom kellhom mal-part-time, full-time job? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom qabżu l-età tal-pensjoni?

29/05/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, iż-żewġ tabelli t’hawn taħt juru l-ammont ta’ nisa u rġiel li jaħdmu f’Malta u Għawdex fuq bażi part-time withfull-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom u kemm minnhom qabżu l-età tal-pensjoni (63+) fl-aħħar ta’ Novembru 2018.

Tabella A:


Part-Time with Full-Time
Part-Time with Full-Time
Nisa
Irġiel
Total
Nisa
Irġiel
Total
9,532
18,772
28,304
20,395
14,819
35,214


Tabella B:


Kemm minnhom qabżu l-età tal-pensjoni (63+)  
Part-Time with Full-Time
Part-Time bħala xogħol ewlieni
Nisa
Irġiel
Total
Nisa
Irġiel
Total
114
624
738
1,743
4,534
6,277

Nota: Dawn in-nies huma diġà inklużi f’tabella A.

L-aħħar figuri ppubblikati huma ta' Novembru 2018.

Seduta  230
03/06/2019

ĠNIEN DOM MINTOFF - XOGĦLIJIET U NEFQA


10290. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol finalment sar fuq Ġnien Dom Mintoff ġewwa Raħal Ġdid? Jista' jindika kemm effettivament ġie minfuq fuq il-proġett kollu?

29/05/2019

  ONOR. KONRAD MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma x-xogħlijiet kollha li saru fi Ġnien Duminku Mintoff:
·               Saru ’l fuq 2000 sqm ta’ passaġġi skont id-disinn il-ġdid b’sub-base li jinkludi fih is-servizzi kollha neċessarji ta’ dawl u ilma. 
·               Inbnew żewġ ġibjuni li flimkien jammontaw għal aktar minn 500 metru kubu ta’ ilma, bil-għan li jinġabar l-ilma tax-xita li jinġema’ fil-wied. 
·               Ġiet mibnija ukoll pump room  bil-għan li l-ilma li jinġabar fil-ġibjuni jerġa’ jintuża għat-tisqija tal-pjanti u siġar, u anke biex jitħaddmu ż-żewġwater features li saru. 
·               Saru żewġwater features - waħda naturali  li timtela’ mill-ġibjun u l-oħra magħmula apposta għad-divertiment tat-tfal li tuża ilma mill-provvista diretta tal-gvern biex ikun sigur għat-tfal;
·               Sar ammont konsiderevoli ta’ xogħol ta’ tisbiħ u landscaping.
·               Inżabru s-siġar kollha tal-ġnien, tpoġġiet ħamrija ġdida, kif ukoll 75 siġra u 23,000 pjanti u fjuri.
·               Ġiet installata ukoll sistema totalment ġdida ta’ irrigazzjoni b’tul ta’ aktar minn 4km, liema sistema tissupplixxi l-ilma għal pjanti u s-siġar skont il-bżonn tal-istaġun.
·               Twaħħlu total ta’ 53 bank ġdid.
·               Saru 3 bike racks ġodda.
·               Ġew installati 6 kontenituri tar-reċiklaġġ u 3 bins għal ħmieġ tal-klieb.
·               Saret bankina ġdida mad-dawra tal-ġnien twila kważi 400 metru.
·               Twaħħlu 14-il CCTV Camera li huma wireless u mgħammra apposta sabiex jissorveljaw iż-żona anke fid-dlam.
·               Il-ġnien ġie mgħammar b’dawl adekwat li jinkludi 60 bollard tad-dawl baxxi, 16-il pole tad-dawl għoljin u 11 uplighters tas-siġar.
Dan l-investiment sewa miljun ewro.

Seduta  230
03/06/2019

KWISTJONI TA' DINJITA

1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...