6.2.18

Inaċċettabbli


1.      Fl-aħħar tas-sena li għaddiet, il-Kunsill tal-Ewropa, li pajjiżna huwa membru tiegħu, ħareġ dokument minn taħt ‘l hekk imsejjaħ Kummissarju għad-Drittijiet Umani, bit-titolu “Women’s sexual and reproductive health and rights in Europe”.  Dan fih espressament l-opinjoni tal-Kummissarju Nils Muiznieks, u mhux xi deċiżjoni tal-Membri Stati.  F’dan id-dokument, li hemm aċċenn għall-punti varji dwar is-suġġett, hemm ukoll partijiet li jitkellmu dwar “il-bżonn” tal-abort.  Hemm, anzi, paragrafi li jwasslu lil dak li jkun biex jifhem li huwa jara l-abort bħala dritt fundamentali tal-mara.  Mhux biss, imma li huwa “obbligu legali” ta’ kull Stat Membru ta’ din l-organizzazzjoni li “jirriformaw” il-liġijiet tagħhom u jippermettu l-qtil ta’ trabi fil-ġuf.

Ma hemmx obbligu legali

2.      Pajjiżna ilu membru tal-Kunsill tal-Ewropa għal żmien twil.  Dan mhuwiex l-Unjoni Ewropea u m’għandux jitħawwad miegħu.  Fih, għal diversi snin, Membri Parlamentari tagħna u ministri pparteċipaw f’diskussjonijiet varji.  F’numru kbir ta’ punti kien hemm qbil bejn l-Istati kollha, però fuq ħafna oħra ma kienx hemm.  Fosthom baqgħet dejjem tiġi dibattuta l-kwistjoni tal-abort.  Hemm pajjiżi li ppermettew.  Hemm oħrajn li le, u dan jew billi qalu le għal kollox, inkella billi rrestrinġew ħafna.  Kull pajjiż għamel fil-libertà tiegħu, dak li l-poplu ħadd li għandu jsir.  Ħadd ma mpona fuq ħadd, u ma hemmx, l-ewwel, ebda liġi Ewropea jew internazzjonali li tgħid li l-abort huwa “dritt”; u t-tieni, ebda sentenza tal-Qorti Ewropea li tgħid dan.

Anqas ma hemm sentenzi

3.      Wieħed mill-merti tal-Kunsill tal-Ewropa kien li twaqqfet Qorti għall-protezzjoni tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem.  Dawn id-drittijiet mhumiex fl-arja, imma miktuba.  Is-sentenzi li interpretaw l-artikoli nfluwenzaw ħafna liġijiet u ġiebu tibdil.  Mhux kull ma qalet din il-Qorti, li hi magħmula minn imħallfin varji u b’opinjonijiet u formazzjonijiet differenti, jista’ wieħed jaqbel magħhom.  Hemm, ħafna drabi, meta marru travers.  Bħalma meta ddeċidew li kull Stat huwa obbligat li jneħħi l-Kurċifiss mill-klassijiet jew il-postijiet pubbliċi.  Dak li jiddikjaraw mhuwiex, żgur, vanġelu, u wieħed jinnota li kien hemm ukoll sentenzi li ma qablux u biddlu dak li kien ingħad qabel.  Imma b’danakollu, minkejja dan, f’ebda ħin u f’ebda sentenza ma ngħad li hemm dritt fundamentali għall-abort. 

Disprezz lejna

4.      F’dan il-kuntest, għalhekk irid ikun ċar li dan ir-rapport, li ġie ppreżentat minn dan il-Kummissarju, ma jirrappreżentax qbil bejn il-membri.  Mhux biss.  Anqas ma għandu s-saħħa ta’ liġi.  Huwa kjarament l-opinjoni li huwa personalment iħaddan, kif id-dokumenti u l-artikoli tiegħu juru. Opinjoni li, meta taqraha, tifhem iktar kemm hija parti mill-kurrent li sfortunatament wieħed isib f’ċerti mentalitajiet tal-partijiet ta’ fuq tal-Ewropa.  Dik li huma jifhmu aktar minn dawk li huma mal-Mediterran.  Mhux biss, iżda li dawk li ma jħaddnux l-istess ideat bħalhom huma injoranti, ripressivi, lura u mhux progressivi.  Hemm, anzi, disprezz qawwi b’mod partikolari lejn dawk il-pajjiżi fejn il-kultura Kattolika għadha b’xi mod teżisti.

Dawk l-iktar vulnerabbli

5.      Sakemm persuna f’din il-kariga tħaddan opinjoni fuq punt daqshekk sensittiv, wieħed jifhem.  Però, li wieħed jimponi l-opinjoni tiegħu fuq oħrajn, dak huwa żbaljat.  Bir-rispett lejn dan il-Kummissarju, jew ħaddieħor, aħna f’dawn il-gżejjer nibqgħu intitolati għall-opinjoni tagħna u nibqgħu sovrana li niddeċiedu aħna x’nagħmlu u x’ma nagħmlux.  Il-fatt li f’dawn il-gżejjer mhuwiex legali li persuna tneħħi l-ħajja ta’ tarbija fil-ġuf ma jfissirx li aħna lura.  Huwa parti mid-dritt tal-ħajja li nħaddnu.  Linja ta’ ħsieb li ilha ġejja u li qatt ma nbidlet għax kull ġenerazzjoni kkonvinċiet ruħha fiha.  L-imħabba lejn it-tfal u l-bżonn li wieħed jipproteġi dawk l-iktar vulnerabbli żammna fuq din it-triq.

Questions to the Human Rights Commissioner

6.      M’aħniex poplu li ma jagħrafx id-distinzjonijiet, jew dak kollu li hemm involut fl-argumenti li jitressqu.  F’dan il-poplu m’hawnx maġġoranza li ġiet konvinta li fil-ġuf ta’ mara ma teżistix persuna diġà ffurmata.  Anzi, hawn proprju l-kontra: l-opinjoni li mill-mument tal-konċepiment, tal-għaqda, bdiet il-ħajja li trid tiġi protetta.  Punt li mhuwiex politiku, u li fuqu jaqblu persuni ta’ opinjonijiet varji.  Tant dan huwa minnu, li nhar l-24 ta’ Jannar 2018, l-ex Ministru Dr George Vella, tabib prattikanti u politiku għal snin twal, kiteb artikolu mill-iktar ċar u interessanti fit-Times of Malta bit-titolu “Questions to the Human Rights Commissioner”.

Nifhmu d-dinja

7.      Hemm huwa staqsa numru ta’ domandi u talab spjegazzjonijiet li, sallum, baqa’ ma ħax.  Kif ukoll esprima pożizzjonijiet ċari li m’għandna ebda diffikultà li naqblu magħhom fis-sħiħ.  Nifhmu, u konvinti, li ħadd m’għandu d-dritt jimponi fuqna, u ebda Kummissarju tad-Drittijiet Fundamentali fil-Kunsill tal-Ewropa ma kellu, u qatt għandu, xi dritt jiddettalna.  F’dawn il-gżejjer għandna l-istess drittijiet demokratiċi bħal ħaddieħor.  M’aħniex lura; anqas ma niġġudikaw il-pożizzjonijiet tal-oħrajn bħala ‘l quddiem jew lura.  Nifhmu d-dinja.

Favur il-ħajja

8.      Il-Partit Nazzjonalista kien, u għadu sallum, favur il-ħajja u kontra t-terminazzjoni tal-ħajja fil-ġuf tal-omm.  Jekk hemm min f’pajjiżna qiegħed jipprova jagħmel użu minn dan ir-rapport jew xi ittra biex idaħħal l-aġenda tiegħu nkiss inkiss għall-abort fil-Parlament nagħrrfuh li aħna ser inkunu kontra dan l-aġir.  Ngħid dan għax drajna naraw dan it-tip ta’ manuvrar politiku.  Jekk hemm min, minn ġewwa l-Gvern, li jrid jiftaħ il-bieb għal dan għandu jersaq ‘il quddiem, jiddikjarah pubblikament u ma jinħebiex wara ħaġa jew oħra.  F’dan ħa jkun ċar li għalina l-abort huwa kompletament inaċċettabbli għax nemmnu li l-ħajja trid verament tiġi protetta mill-bidu sat-tmiem tagħha.

PJAZZA TA’ RAĦAL ĠDID - XOGĦLIJIET




3543. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2655 u 2656 dwar ix-xogħlijiet li qed isiru fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-informazzjoni mitluba ġietx miġbura u jekk iva tistax tingħata?

18/01/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Seduta  74
25/01/2018

QRATI TA’ MALTA – ĦLAS TA’ IKEL U AKKOMODAZZJONI TAL-ĠURATI






 
3542. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset mill-Qrati ta’ Malta f’ikel u akkomodazzjoni ta’ ġurati fis-snin 2015, 2016 u 2017?

18/01/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-ispiża li tħallset mill-Qrati ta’ Malta f’ikel u akkomodazzjoni ta’ ġurati fis-snin 2015, 2016 u 2017 kienet kif muri hawn taħt.

Akkomodazzjoni
Sena                       Total
2015                       € 40,718.10
2016                       € 49,956.82
2017                       € 74,121.27

Ikel
Sena                       Total
2015                       € 17,279.81
2016                       € 15,431.53
2017                       € 19,369.42

Seduta  74
25/01/2018

ĦAL TARXIEN – BUST TAL-PULIZIJA MARK FARRUGIA






3541. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2207 rigward il-bust tal-mibki pulizija Mark Farrugia, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ġiex restawrat jew le?

18/01/2018





  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li x-xogħol fuq il-bust mistenni jkun lest sal-aħħar ta’ Frar.

Seduta  74
25/01/2018

ĦAL TARXIEN – TRIQ SANTA MARIA - XOGĦLIJIET


 
3540. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru preżentement fuq Triq Santa Maria, Ħal Tarxien? Jista’ jara li l-parti inizjali tal-istess triq tiġi rranġata wkoll?

18/01/2018

ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.


Seduta 74
25/01/2018

3.2.18

Diskors fil-kommemorazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Ġnus Magħquda ta’ Novembru 2005 in kommemorazzjoni tal-miljuni li mietu fl-Olokawst tat-Tieni Gwerra Mondjali u Ġenoċidji Oħra


Diskors mill-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici,
Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari
waqt il-kommemorazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Ġnus Magħquda ta’ Novembru 2005 in kommemorazzjoni tal-miljuni li mietu fl-Olokawst tat-Tieni Gwerra Mondjali u Ġenoċidji Oħra

Kamra tad-Deputati, Il-Palazz, Valletta
L-Erbgħa, 25 ta’ Jannar 2012


Din il-kommemorazzjoni, li issa saret parti integrali mill-kalendarju parlamentari tagħna, hija mimlija b’lezzjonijiet għalina u għall-ġenerazzjonijiet futuri.  Importanti għax permezz ta’ din iċ-ċerimonja solenni għandna nfakkru mill-ġdid u nirringrazzjaw kontinwament li din hija soċjetà li għadha ibbażata fuq il-valuri nsara, li sawru d-demokrazija u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.  Hemm bżonn li ngħarfu li aġir anti-demokratiku, bażat fuq ideoloġiji politiċi tal-lemin jew tax-xellug estrem li jċaħħdu d-dinjità tal-persuna umana, jridu jkomplu jiġu kkundannati u kumbattuti.  Is-sistema legali tagħna hi dik li hi għax, bħal diversi Stati Ewropej, bnejna strutturi demokratiċi li jassiguraw kemm huwa legalment u umanament possibbli dak li għandna.

Sebgħin sena ilu, nhar l-20 ta’ Jannar 1942, ċertu Reinhard Heydrich, kap tas-Servizz tal-Intelliġenza tal-SS għamel diskors lil numru ta’ uffiċjali tar-Reich Tedesk li fih advoka l-bżonn tas-“Soluzzjoni Finali”.  F’dan id-diskors huwa jgħid: “We have the means, the methods, the organisation, experience and people.  And we have the will.  This is a historic moment in the struggle againt Jewry.  The Fuhrer has declared his determination to destroy European Jewry.  The Fuhrer himself said that this is as exterminating fatal bacteria to save the organism.  It is them, or us.”  U jkompli jgħid li: “We shall work effectively but silently.  Total cooperation will be required in this matter of life or death for the Reich” u dan biex ħdax-il miljun Lhudi jinqatlu.  Jinqatlu bi pjan mill-iktar vili u kundannabbli.  “In the final solution we will use the Jews as labour in the East.  They will be marched, both sexes segregated, in columns, building roads on the way, breaking rocks, draining marshes.  We’ll give them every opportunity to find out what work means, on the extensive plants being constructed.  Of course, most of these Jews will succumb to natural wastage: the remainder, the toughest, will be processed accordingly.  Why?  Because it is a survival of the fittest.”

Hekk fil-fatt wettqu b’atroċitajiet kbar, b’metikolożità inawdita biex joqtlu kemm jifilħu bnedmin bħalhom li kull ma kellhom kontra tagħhom kien biss li kienu Lhud.  Hemm diversi kitbiet fuq dan, ma hemmx dubju.  Xtaqt però nirreferi għall-ktieb ta’ Primo Levi,  “Se questo è un uomo”, li nissuġġerixxi lil kull min qiegħed f’din il-Kamra li, f’xi mument jew ieħor, f’ħajtu li jaqra.  Il-ktieb huwa mimli b’punti tajba għar-riflessjoni u ser niċċita fuq dan partijiet żgħar minnu.  Huwa jitkellem fuq il-bniedem u d-dimensjoni tal-ħin.  Jgħid: “Distruggere l’uomo è difficile, quasi quanto crearlo; non è stato agevole, non è stato breve, ma ci sieti riusciti, tedeschi.  Eccoci docili sotta i vostri sguardi, da parte nostra nulla più avete a temere, non atti di rivolta, non parole di sfida, neppure uno sguardo giudice” u jkompli: “Per gli uomini vivi le unità del tempo hanno sempre un valore, il quale è tanto maggiore, quanto più elevate sono le risorse interne di chi le percorre; ma per noi, ore, giorni e mesi si riversarano torpidi dal futuro nel passato, sempre troppo lenti, materia vile e superflua, di cui cercavamo di disfarci al più presto.”  U iktar: “Eccomi dunque sul fondo.  A dare un colpo di spugna al passato e al futuro si impara assai presto, se il bisogno preme.”  Kliem li jolqtu lil dawk li jifhmu x’ġara f’dawk il-kampijiet ta’ konċentrament.  Levi jkompli jirrifletti u jgħid: “A molti, individui o popoli, può accadere di riternere, più o meno consapevolmente che “ogni straniero è nemico”.  Per lo più questa convinzione giace in fondo agli uomini come un infezione latente, si manifesta solo in atti salutari e incordinati, e non stà all’origine di un sistema di pensiero.  Ma quando questo avviene, quando il dogma inespresso diventa premessa maggiore di un sillogismo, allora, al termine della catena, sta il lager.  Esso è il prodotto di una concezione del mondo portata alle sue conseguenze con rigorosa coerenza; finchè la concezione sussiste, le conseguenze ci minacciano.  La storia dei campi di distruzione dovrebbe venire intesa da tutti come un sinistro segnale di pericolo”.  Kliem li jitolbu riflessjoni f’kull età.  Ippermettuli iktar ħin sabiex niċċita ukoll mill-ewwel diskors kommemorattiv li kien sar ta’ dan il-jum, fis-27 ta’ Jannar 1995 minn Elie Wiesel li, fil-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz kien qal: “In this place of darkness and malediction we can but stand in awe and remember its stateless, faceless and nameless victims.  Close your eyes and look, endless nocturnal processions are converging here, and here it is always night.  Here heaven and earth are on fire.  Close your eyes and listen.  Listen to the silent screams of terrified mothers, the prayers of anguished old men and women.  Listen to the tears of children, Jewish children.  Look and listen as they quietly walk towards dark flames so gigantic that the planet itself seemed in danger.”

U jistaqsi dak li għandna nistaqsu llum aħna lkoll: “Now as then, we ask the question of all questions, what was the meaning of what was so routinely going on in this kingdom of eternal night.  What kind of demented mind could have invented this system?  And it worked.  The killers killed.  The victims died and the world was the world and everything else was going on, life as usual.  Life was going on where God’s creation was condemned to blasphemy by the killers and their accomplices”.


KWISTJONI TA' DINJITA

1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...