8.10.25

IL-GUDJA - GĦAJNUNA SOĊJALI

30885. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jgħixu l-Gudja li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?

 

25/09/2025

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:

 

Lokalità

Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025)

Gudja

9

 

Seduta  385

07/10/2025

SANTA LUĊIJA - GĦAJNUNA SOĊJALI

30884. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jgħixu Santa Luċija li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?

 

25/09/2025

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:

 

Lokalità

Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025)

Santa Luċija

54

 

Seduta  385

07/10/2025

RAĦAL ĠDID - GĦAJNUNA SOĊJALI

30883. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jgħixu Raħal Ġdid li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?

 

25/09/2025

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:

 

Lokalità

Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025)

Raħal Ġdid

146

 

Seduta  385

07/10/2025

ĦAL TARXIEN - GĦAJNUNA SOĊJALI

30882. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Tarxien li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?

 

25/09/2025

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:

 

Lokalità

Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025)

Ħal-Tarxien

105

 

Seduta  385

07/10/2025

GĦAJNUNA SOĊJALI

30881. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-għajnuna soċjali matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u kemm minnhom ġew konklużi?

 

25/09/2025

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għall-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-Għajnuna Soċjali, hija kif qed tidher hawn taħt:

 

Total ta’ Applikanti għall-għajnuna soċjali

357

Total ta’ talbiet konklużi

349

 

Seduta  385

07/10/2025

PEMBROKE - LIVELL GĦOLI TA’ TRAB U STORBJU

30880. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex isiru spezzjonijiet f’Pembroke marbuta mal-livell għoli ta’ trab u storbju li qed ikun hemm waqt il-kostruzzjoni li għaddej bħalissa? Jista’ jgħid ukoll jekk hux qed isiru insistenzi u rapporti da parti tal-Kunsilli Lokali?

 

25/09/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant tindika għal liema kostruzzjoni qed issir referenza sabiex tkun tista’ tingħata t-tweġiba mitluba.

 

Seduta  385

07/10/2025

PEMBROKE - LIVELL GĦOLI TA’ TRAB U STORBJU

30879. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: Tista’ l-Ministru tgħid jekk humiex isiru spezzjonijiet f’Pembroke marbuta mal-livell għoli ta’ trab u storbju li qed ikun hemm waqt il-kostruzzjoni li għaddejja bħalissa?

 

25/09/2025

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  383

02/10/2025

PEMBROKE - LIVELL GĦOLI TA’ TRAB U STORBJU

30878. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex isiru spezzjonijiet f’Pembroke marbuta mal-livell għoli ta’ trab u storbju li qed ikun hemm waqt il-kostruzzjoni li għaddejja bħalissa?

 

25/09/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  383

02/10/2025

RAĦAL ĠDID - ĠNIEN TONY BEZZINA - SKATEPARK

30877. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26967, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fl-iskateboard park fi Ġnien Tony Bezzina, f’Raħal Ġdid?

 

25/09/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bini tal-iskatepark fi Triq Ġnien Bezzina, Raħal Ġdid huwa lest. Bħalissa qiegħed isir xogħol addizzjonali li jikkonsisti f’bini ta’ ħitan, servizzi u landscaping fuq is-sit.

 

Seduta  383

02/10/2025

IL-FGURA - COTTONERA AVENUE - XOGĦLIJIET

30876. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa previst li ser idum għaddej ix-xogħol f’Cottonera Avenue, il-Fgura?

 

25/09/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol hu previst li jkun lest sat-tieni nofs tas-sena 2026 sakemm ma jkunx hemm problemi li ma kienux previsti.

 

Seduta  383

02/10/2025

PEMBROKE - RESTAWR FUQ IT-TORRI TAL-ARLOĠĠ

30875. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28314 u jgħid jekk hemmx ħsieb li t-Torri tal-Arloġġ li hemm f’Pembroke, mibni fl-1903, jiġi restawrat?

 

25/09/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28554.

 

Seduta  383

02/10/2025

PEMBROKE - RESTAWR FUQ IT-TORRI TAL-ARLOĠĠ

30874. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28313 u jgħid jekk hemmx ħsieb li t-Torri tal-Arloġġ li hemm f’Pembroke, mibni fl-1903, jiġi restawrat?

 

25/09/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  383

02/10/2025

MARSAXLOKK - VILLA RUMANA TAS-SILĠ

30873. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28889, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett f’Tas-Silġ, huwiex ser isir bil-bidla fit-triq?

 

25/09/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx x’inżid mar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28889. Ninsab infurmat li fir-rigward tat-triq li twassal lejn l-istess post, id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin mal-awtoritajiet konċernati.

 

Seduta  382

01/10/2025

IL-BELT VALLETTA - PJAZZA JEAN DE LA VALETTE - RESTAWR TA’ MONUMENT

30872. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29757, jista’ l-Ministru jgħid x’irriżulta wara l-ispezzjoni li kellha ssir fuq il-monument dedikat lill-Gran Mastru Jean La Valette, fil-Belt Valletta, billi dan għandu bżonn ta’ attenzjoni?

 

25/09/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Wara li rajt li ssir spezzjoni ninsab infurmat li kien sar condition assessment minn Heritage Malta li rriżulta li l-monument għandu bżonn intervent li jdum madwar ġimgħa bi tnejn min-nies. Nippreċiża li dan m'huwiex inkluż fil-lista tal-monumenti nazzjonali. Għaddejjin it-taħditiet interni meħtieġ mal-Kunsill Lokali tal-Belt biex dan ix-xogħol isir.

 

Seduta  382

01/10/2025

BELT, VALLETTA - KNISJA TA’ SANTA BARBARA - RESTAWR

30871. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30320, jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir spezzjoni sabiex il-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta tiġi restawrata?

 

25/09/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju, m’hemmx pjanijiet li l-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta tiġi rrestawrata min-naħa tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.

 

Seduta  382

01/10/2025

IL-BIRGU - PARTI TA’ SANT ANĠLU - TINDIF

30870. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-parti ta’ taħt Sant Anġlu l-Birgu (fuq in-naħa tax-xellug li għandha aċċess b’passaġġ fil-ġenb mix-xatt) tiġi mnaddfa u restawrata billi hija frekwentata ħafna?

 

25/09/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  382

01/10/2025

ĠURIJIET PENDENTI

30869. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġurijiet pendenti sal-aħħar ta’ Lulju 2025?  Jista’ jgħid kemm kien hemm persuni minnhom li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li kienu qed jistennew dawn il-proċeduri?

 

25/09/2025

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

 

Seduta  382

01/10/2025

BELT, VALLETTA - KNISJA TA’ SANTA BARBARA - RESTAWR

30868. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30320, jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir spezzjoni sabiex il-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta tiġi restawrata?

 

25/09/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li d-Dipartiment se jkun qed iwettaq spezzjoni sabiex jirrapporta fuq l-istat tal-Knisja ta’ Santa Barbara.

 

Seduta  382

01/10/2025

IL-BIRGU - PARTI TA’ SANT ANĠLU - TINDIF

30867. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-parti ta’ taħt Sant Anġlu l-Birgu (fuq in-naħa tax-xellug li għandha aċċess b’passaġġ fil-ġenb mix-xatt) tiġi mnaddfa u restawrata billi hija frekwentata ħafna?

 

25/09/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Infurmat li din hi magħrufa bħala d-De Guiral battery, u tifforma parti mill-konċessjoni mogħtija lill-CWG Consortium fl-1999.

 

Seduta  381

30/09/2025

PAOLA HUB ĊENTRU TAS-SAĦĦA ĊENSU MORAN - SERVIZZI

30866. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi qed jingħataw fil-preżent fil-Paola Hub Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran u jelenka l-programm ta’ dak li ser jiġi offrut fil-futur?

 

25/09/2025

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30393.

 

Seduta  381

30/09/2025

ĦAL TARXIEN - GĦASSA TAL-PULIZIJA - XOGĦLIJIET

30589. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29750, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fuq l-Għassa ta’ Ħal Tarxien, sarux? Jekk iva, kemm ġew jiswew?

 

19/09/2025

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat li sar il-proċess ta’ procurement u x-xogħol għandu jkun lest sa Novembru.

 

Seduta  381

30/09/2025

ABBUŻ FIL-KIRI - SPEZZJONIJIET

30588. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Fid-dawl ta’ ilmenti minn persuni dwar residenzi li fihom qed jkun hemm aktar persuni joqogħdu milli permess, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex qed isiru spezzjonijiet dwar dawn l-abbużi fil-kera?

 

19/09/2025

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  381

30/09/2025

ABBUŻ FIL-KIRI - SPEZZJONIJIET

30587. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar: Fid-dawl ta’ ilmenti dwar residenzi li fihom qed jkun hemm aktar persuni joqogħdu milli permess, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex qed isiru spezzjonijiet dwar dawn l-abbużi fil-kera?

 

19/09/2025

 

ONOR. CLINT CAMILLERI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  381

30/09/2025

WIED IL-GĦAJN - TRIQ IS-SILLA - XOGĦLIJIET

30586. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fuq Triq s-Silla, f’Wied il-Għajn ġewx kompluti?

 

19/09/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet relatati ma’ Triq s-Silla, f’Wied il-Għajn għadhom għaddejjin. L-ewwel fażi kompluta u bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fit-tieni fażi. Ix-xogħlijiet ġew maqsuma f’tlett fażijiet sabiex kemm jista’ jkun jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti.

 

Seduta  381

30/09/2025

FESTI NAZZJONALI

1. Almenu, din is-sena, sa issa għadha ma qamitx il-‘polemika’ dwar liema għandha tkun il-Festa Nazzjonali unika ta’ pajjiżna. Ħafna drabi b’artikli varji, b’ideat ukoll daqqa kkumplikati u daqqa ċari ħafna. Imma minkejja kull kelma oħra l-pożizzjoni baqgħet l-istess: minn meta ġew stabbiliti fl-1987. Dan fi sforz lejn rikonċiljazzjoni fejn mhux biss il-pożizzjoni tal-partiti tiġi rispettata imma wkoll dik reliġjuża. Il-festi jagħmlu differenza fil-ħajja tal-bniedem u huma wkoll parti mill-kwalità tal-ħajja tiegħu. Ħafna, fil-bidu tas-sena, ikunu diġà raw meta ser jaħbtu u jekk jistgħux itawwlu biex jistrieħu. Jiem id-dar inkella għas-safar li kompla jaqbad, iktar u iktar bl-għajnuna ta’ offerti varji lejn destinazzjonijiet varji. U ħafna jħobbu jmorru.

Miżuri

2. Miżura mhux tant popolari kienet dik li neħħiet il-prattika li meta l-festa taħbat is-Sibt jew il-Ħadd, tingħata t-Tnejn. Għad hemm min għadu jsemmiha. Sinjal evidenti li l-bniedem ifittex li f’dawk il-ġranet ikun maqtugħ mir-rutina tal-ħajja u d-dinja tax-xogħol. Kienet x’kienet l-esperjenza politika tagħna ma morniex għas-sistemi Komunisti li fihom il-Ħadd ma kienx jeżisti. Bqajna dawk li nagħrfu nieqfu għax hemm ġurnata għar-ruħ. Għall-ispirtu ntern tal-bniedem. Tieqaf biex tkompli għaddej. Ħaddiem, hu min hu u ġej minn fejn hu ġej, jaf li huwa salutari għalih li jieqaf proprju biex anki jifhem ftit min hu u fejn hu sejjer. Hemm element qawwi ta’ dinjità umana li trid tiġi rispettata u li hija mill-iktar naturali.

Storja

3. Min jaqra l-istorja jaf li l-Festi Nazzjonali jinbidlu. Daqqa jiżdiedu u daqqa jonqsu. Jingħad li l-aqwa żmien għall-festi, l-iktar dawk reliġjużi, kien taħt il-Kavallieri ta’ San Ġwann. Varjetà ta’ festi li kienu jiġu ċelebrati fit-tul, tlett ijiem wara jew anki ġimgħa sħiħa wara. Żmien ieħor, ċertament. Kien bil-preżenza tal-Ingliżi li wara sejħa lill-Arċisqof li dawn ġew debitament ridotti. Ovvjament, l-estremi huma żbaljati. Huwa wkoll li hemm kont ekonomiku li jitħallas. Imma hemm ferm iktar id-dinjità tal-bniedem li trid tiġi rispettata fil-kuntest preżenti. Dinjità li hija fiċ-ċentru tal-politika tagħna, u hekk għandha tibqa’.

Mhux biss

4. Dan id-dibattitu mhuwiex biss magħna. Aħna parti mid-dinja oċċidentali. Ngħid iktar dan għax fl-Italja nqabad dibattitu politiku interessanti marbut mal-4 t’Ottubru. F’dak il-jum niċċelebraw aħna wkoll il-Festa ta’ San Franġisk t’Assisi. Imma għal dak il-poplu, sal-1977 dan il-jum kien festa nazzjonali li tneħħiet wara dibattitu twil u kkumplikat. Biss issa, il-Gvern ta’ Giorgia Meloni ddeċieda li jdaħħalha lura. Jew almenu, li jipproponi li tiġi ntrodotta mill-ġdid. Ġieħ mistħoqq lil dan il-Qaddis li biddel il-Knisja Kattolika u l-kultura Ewropea. Wieħed li nfluwenza u għadu jmexxi u jispira bnedmin b’ideat u viżjonijiet differenti tal-ħajja.

X’intqal

5. F’artiklu ta’ Lucia Bellaspiga (1963), ġurnalista speċjali għall-ġurnal Taljan Avvenire, dwar dan is-suġġett kitbet tajjeb. Wara ħamsin sena mill-1977 hija tħossha libera li tiddikjara li l-proposta hija b’saħħitha għax ġejja mill-maġġoranza imma wkoll, għax kif tgħidilna: “... ma perché oggettivamente l’attualità di San Francesco non può che richiamare ogni fronte politico e di pensiero alla coerenza di valori che sono condivisi e universali, tanto più urgenti in un epoca in cui l’umanità ha riscoperto tragicamente il suo volto più Barbaro e incivile.” (... imma għax oġġettivament l-attwalità ta’ San Franġisk ma tistax ma tkunx sejħa lil kull partit politiku u kurrent ta’ ideat fuq il-koerenza ta’ valuri li huma mħaddna u universali, dawn iktar urġenti f’epoka preżenti fejn l-umanità qed tiskopri mill-ġdid, traġikament, l-aspett barbaru u inċivili li qed naraw.)

Opportuniżmu?

6. F’dan hemm forma ta’ opportuniżmu politiku, wieħed neċessarjament jistaqsi? Hemm doża ta’ dan, imma hemm ukoll ċerti fatti u ċirkostanzi li jimmilitaw favur fis-sewwa. Vot favur fil-Parlament Taljan mhux biss irendi ġustizzja u rispett lura lil Qaddis li huwa tant parti mill-istorja tal-pajjiż imma aktar. Wirtu huwa parti mill-għeruq it-tajba tagħhom. Dan apparti mill-kwantità kbira ta’ bnedmin li kull sena jmorru Assisi fuq il-qabar tiegħu. Imma wkoll f’dan għax is-sena li ġejja hija wkoll it-tmien mitt anniversarju mill-mewt ta’ San Franġisk. Huwa mistenni li fl-2026 ser ikun hemm ċelebrazzjonijiet ippreparati għal jum daqshekk importanti. Wieħed li fih ser inkunu lura fl-għarfien aqwa ta’ dak li ħallielna. Il-moviment li beda u li għadu sejjer ser jiġi mfakkar anki f’pajjiżna. Is-sabiħ hu li, terġa
, is-sena li ġejja l-ġurnata tal-4 t’Ottubru ser taħbat il-Ħadd. Ma hemmx, proprju għalhekk, ebda raġuni sabiex aħna wkoll, fil-kunventi varji tagħna ma nfakkrux u niċċelebraw, ikun xi jkun il-każ.

Xieraq

7. Niftakru mill-ġdid li hemm messaġġ universali ta’ paċi, fraternità, solidarjetà u ħarsien tal-ambjent. F’dan kollu, għalhekk, huwa sabiħ li soċjetajiet viċin tagħna jagħrfu l-valur tal-passat storiku tagħhom. Jiġri x’jiġri, il-fatt hu li minkejja kull progress tekniku u ekonomiku li setgħu waslu fih jafu li dan huwa mertu ta’ dak li trabbew fih. Aħna f’dan ukoll għandna nieħdu eżempju. Il-festi tagħna mhumiex żejda, kif ikun hemm min jagħti x’jifhem, imma huma parti integrali mit-tessut soċjali tagħna. Rikonoxximent tal-piż morali li aħna, bħala poplu, għandna diġà u għandna nieħdu ħsieb nipproteġu. Jekk pajjiż b’tant miljuni ta’ bnedmin jagħraf li d-dikjarazzjoni ta’ festa nazzjonali bħal din tagħmillu l-ġid, kemm iktar għandna nkunu grati b’dak li għandna aħna? Il-festi reliġjużi f’dawn il-gżejjer mhumiex ħlief ta’ ġid u jkun żbaljat min, b’xi mod, jiċħadhom jew iċekkinhom.

IL-FGURA - TRIQ BORMLA U TRIQ VALPERGA - ILQUGĦ

30585. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: Tista’ l-Ministru tara li l-ilqugħ li sar fi Triq Bormla u Triq Valperga fil-Fgura, li tqiegħed sabiex il-pubbliku jkun infurmat li ser isir proġett ġdid, jitranġa, peress li bħalissa  l-aċċess liberu għall-pubbliku li juża dawn it-toroq biex jitla’ jew jinżel il-Kottonera huwa magħluq?

 

19/09/2025

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żona indikata bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet b’rabta mal-proġett ta’ park ġdid li se jsir minn Project Green fil-Fgura. Minħabba li qed isir xogħol ta’ skavar u kostruzzjoni, ġie installat hoarding mill-kuntrattur ingaġġat mill-Aġenzija, kif huwa obbligat bil-liġi (SL 623.08) biex tkun imħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-pubbliku. Ninsab infurmata li l-aċċess liberu għall-pubbliku minn u lejn il-Kottonera baqa’ dak li kien u mhux magħluq.

 

Seduta  380

29/09/2025

IL-GUDJA - TRIQ SAN ĊIRU - XOGĦLIJIET

30584. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fuq Triq San Ċiru, il-Gudja peress li ilhom għaddejjin?

 

19/09/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq San Ċiru, Gudja huma lesti. Jonqos biss is-sinjali taż-żebgħa u t-tabelli li se jsiru fil-ġranet li ġejjin.

 

Seduta  380

29/09/2025

GUDJA - TRIQ SANTA MARIJA U L-MADWAR - PROBLEMA TA’ INDAFA U SANITÀ PUBBLIKA

30583. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika minħabba l-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar Triq Santa Marija, il-Gudja peress li hija ta’ inkonvenjent kbir?

 

19/09/2025

 

ONOR. ANTON REFALO:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  380

29/09/2025

ĦAL TARXIEN – PROBLEMA TA’ INDAFA U SANITÀ PUBBLIKA FIL-MADWAR TAL-KNISJA U L-KUNVENT TAL-AGOSTINJANI

30582. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar il-Knisja u l-Kunvent tal-Agostinjani f’Ħal Tarxien peress li hi ta’ inkonvenjent kbir?

 

18/09/2025

 

ONOR. ANTON REFALO:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  380

29/09/2025

RAĦAL ĠDID - PROBLEMA TA’ INDAFA U SANITÀ PUBBLIKA FIL-MADWAR TAL-KNISJA TA’ KRISTU RE

30581. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar il-Knisja ta’ Kristu Re Raħal Ġdid peress li hi ta’ inkonvenjent kbir?

 

18/09/2025

 

ONOR. ANTON REFALO:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  380

29/09/2025

IL-GUDJA - PROBLEMA TA’ INDAFA U SANITÀ PUBBLIKA FIL-MADWAR TRIQ SANTA MARIJA

30580. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: Tista’ l-Ministru tara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar Triq Santa Marija fil-Gudja peress li hi ta’ inkonvenjent kbir?

 

18/09/2025

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 30578.

 

Seduta  380

29/09/2025

RAĦAL ĠDID - TRIQ MATER BONI CONSILII - XOGĦLIJIET

30323. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ser isiru fil-bidu ta’ Triq Mater Boni Consilii, f’Raħal Ġdid u kemm ser idumu?

 

09/09/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid mhux infurmat li ser isiru xi xogħlijiet fi Triq Mater Boni Consili f’Raħal Ġdid.

 

Seduta  377

22/09/2025

RAĦAL ĠDID - TRIQ ĦAŻ-ŻABBAR - XOGĦLIJIET

30322. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Ħaż-Żabbar, f’Raħal Ġdid u kemm ser idumu?

 

09/09/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  377

22/09/2025

RAĦAL ĠDID - TRIQ MATER BONI CONSILII - XOGĦLIJIET

30321. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ser isiru fil-bidu ta’ Triq Mater Boni Consilii, f’Raħal Ġdid u kemm ser idumu?

 

09/09/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta mhux qegħda tagħmel xogħlijiet infrastrutturali fi Triq Mater Boni Consilii. Ix-xogħol li qed isir minn naħa tal-Aġenzija fil-preżent hu fi Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid.

 

Seduta  377

22/09/2025

BELT, VALLETTA - KNISJA TA’ SANTA BARBARA - XOGĦLIJIET TA’ RESTAWR

30320. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li matul ix-xhur li ġejjin, isiru x-xogħlijiet neċessarji ta’ restawr fil-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt, Valletta?

 

09/09/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li f’dan l-istadju, m’hemmx pjanijiet għar-restawr tal-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta min-naħa tad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni.

 

Seduta  377

22/09/2025

RAĦAL ĠDID - TRIQ ĦAŻ-ŻABBAR - XOGĦLIJIET

30319. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Ħaż-Żabbar, f’Raħal Ġdid u kemm ser idumu?

 

09/09/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni tal-bankini fi Triq Ħaż-Żabbar f’Raħal Ġdid mistennija jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin. Dan imbagħad se jkun segwit minn xogħlijiet ta’ wiċċ mill-ġdid tal-asfalt.

 

Seduta  377

22/09/2025

ĦAL TARXIEN - TRIQ PAOLA - XOGĦLIJIET

30318. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni x-xogħlijiet fil-bidu ta’ Triq Paola, f’Ħal Tarxien qed idumu biex jitlestew u kemm huwa previst li ser idumu biex jitlestew?

 

09/09/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tar-riġenerazzjoni tal-pjazza huwa sit ta’ interess arkeoloġiku u allura qed jiġu segwiti l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-rigward.  Ix-xogħol qed isir taħt il-monitoraġġ ta’ arkeoloġi esperti u tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, liema monitoraġġ jieħu ammont konsiderevoli ta’ ħin.  Ix-xogħol f’din iż-żona huwa mistenni li jkun lest qabel is-sajf tat-2026.

 

Seduta  377

22/09/2025

IL-GUDJA - GĦAJNUNA SOĊJALI

30885. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ki...