19656. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li fil-bidu ta’ Triq Santu Rokku, il-Kalkara min-naħa tal-Kunvent tal-Kappuċċini, isiru żewġ zebra crossings sabiex il-qsim min-naħa għal oħra jsir b’iktar attenzjoni?
28/05/2024
ONOR. CHRIS
BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fiż-żona
msemmija huwa pjanat proġett ta’ kostruzzjoni kif ukoll upgrade ta’ toroq li
huma suġġetti għal road safety audit u ser ikun qed jinkludi wkoll
l-infrastruttura neċessarja għal-pedestrians.
Seduta 248
18/06/2024
No comments:
Post a Comment