18027. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali tal-Gudja matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?
03/04/2024
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li
rċieva madwar 270 ilment u suġġeriment matul is-sena 2023. Fost l-ilmenti
l-iktar relevanti kien hemm fuq ġbir ta' skart, knis, problema tal-ħmieġ
tal-ħamiem selvaġġ, il-magna tal-BCRS, problema ta' parkeġġ fil-lokalità u
sinjali tat-traffiku.
Suġġerimenti relevanti kienu
dwar communal reserved parking fi
Triq Bir Miftuħ, aktar aċċessibiltà fil-binja tal-Kunsill u bdil tal-fanali
ornamentali fit-toroq tal-Gudja.
Seduta 231
16/04/2024
No comments:
Post a Comment